STEDINA BIEX IL-PUBBLIKU JŻUR PALAZZO CASTELLANIA
pr1655
01/10/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u | Kura fil-Komunita’ qiegħed jistieden lill-pubbliku sabiex waqt l-attivita’ Notte Bianca, iżur Palazzo Castellania fi Triq il-Merkanti li se jkun miftuħ għall-pubbliku waqt din l-attivita’. |
| Palazzo Castellania inbena fl-1760, bl-iskop | speċifiku li jassigura li ssir ġustizzja ma’ kulħadd. Fit-18 ta’ Novembru tal-istess sena, iċ-ċelel tal-palazz laqgħu fihom l-ewwel priġunieri. Fost dawk li nżammu priġunieri fil-palazz kien hemm ukoll Mikiel Anton Vassalli. |
| Filwaqt li l-pubbliku se jkun jista’ jżur | dawn iċ-ċelel, l-attrazzjoni priċipali hija s-sala fl-ewwel sular li kienet isservi bħala Qorti tal-Ġustizzja. Il-Bini baqa’ jservi bħala Qorti tal-Ġustizzja sal-1853. |
| Matul l-aħħar ħamsin sena tas-seklu dsatax, | il-bini ġie użat bħala skola sekondarja, uffiċini, u kwartieri ġenerali tas-St. John Ambulance Association. Aktar tard il-bini ġie definit bħala l-kwartieri ġenerali tad-dipartiment tas-saħħa. |
| Matul dan il-perijodu, eżattament fl-1905 Sir | Themistocles Zammit għamel studju dwar il-mikrobu tad-deni rqiq u stabilixxa s-sors tal-infezzjoni u kif tiġi mgħoddija lill-bniedem mill-mogħoż. Din ir-riċerka saret f’laboratorju ta’ kamra waħda, li jinsab fuqnett tal-Palazz, u li se jkun miftuħ għall-pubbliku. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u | Kura fil-Komunita’ se joffri wkoll informazzjoni dwar is-servizzi għall-Anzjani, l-Kura tas-Saħħa Mentali u anke l-Influwenza A H1N1 fl-istess palazz. Professjonisti mill-oqsma differenti se joffru l-informazzjoni meħtieġa matul l-attivita’. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987