Left arrow Go Back

GĦAWDEX F’KASTILJA

pr1652
Date Icon 01/10/2009
‘Għawdex f’Kastilja’ hija t-tema magħżulagħan-Notte Bianca fil-Berġa ta’ Kastilja li se ssir nhar is-Sibt li ġej. ‘Għawdex f’Kastilja’ hija ntiża biex tesponi l-prodott artistiku u kulturali ta’ Għawdex.
Matul din l-attivita’ ser issir edizzjonispeċjali tal-Victoria International Arts Festival b’erba’ kunċerti fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja li jibdew fit-8.00 p.m. u jibqgħu sejrin sa’ nofs il-lejl.
Fis-Sala tal-Ambaxxaturi se jkun hemm wirjatal-aktar teżori mportanti dwar Għawdex fil-kollezzjoni tal-Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta. Din il-wirja se tkun tinkludi fost l-oħrajn: il-Manuskritt dwar Għawdex tal-Kan. G.P. Agius de Soldanis, akkwarelli ta’ Brocktorff, disinji tal-Arkitetti Valperga u Grognet de Vasse, u xogħol ta’ Matteo Perez d’Aleccio.
Fis-sular tan-nofs ser ikun hemm ukollartisti u artiġġjani Għawdxin jispjegaw is-sengħa tagħhom, fosthom pitturi, skulturi, ħaddiema tal-bizzilla u ta’ artiġġjanat ieħor.
B’din l-attivita’, l-Uffiċċju tal-PrimMinistru u l-Ministeru għal Għawdex qed ifittxu li jippreżentaw dak li għandu x’joffri Għawdex bħala destinazzjoni kulturali ta’ rikkezza kbira, b’offerta ta’ kultura u arti li tissodisfa l-gosti differenti ta’ hafna. Tul din is-serata se tieħu sehem ukoll il-banda tal-Forzi Armati kif ukoll, barra Kastilja, kull nofs siegħa, se jkun hemm iċ-ċerimonja tal-bdil tal-Gwardja tal-Unur.
Fin-‘Notte Bianca’, il-Berġa ta’ Kastilja setkun miftuħa għal pubbliku mis-7.00 p.m. ‘l quddiem. Min se jattendi se jingħata ktieb dwar il-patrimonju f’Kastilja u ieħor dwar Għawdex. It-tfal se jingħataw ktejjeb dwar l-enerġija alternattiva.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow