Left arrow Mur Lura

'Performance Audit: Renewable Energy and Energy Efficiency in Malta’

pr1651
Date Icon 30/09/2009
L-Awditur Ġenerali rrapportalill-Parlament li l-isforzi biex tiġi utilizzata l-enerġija alternattiva u jiġu addottati prattiċi li jnaqqsu mill-konsum tal-enerġija wasslu għal xi riżultati nkoraġġanti. Iżda l-infrastruttura u l-kapaċità amministrattiva jenħtieġu li jissaħħu iżjed biex jitħaffef il-progress li jkun jista’ jwassal ukoll biex Malta tilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea rigward l-enerġija.
Fl-2008, ġiet ippubblikata n-NationalEnergy Efficiency Action Plan.  Iżda, l-abbozzi dwar in-National Energy Policy u r-Renewable Energy Policy for Malta li kienu ppublikati fl-2006 għad iridu jiġu approvati mill-Gvern.  F’April tal-2006, l-abbozz dwar il-policy tal-enerġija ġie rivedut u mressaq għall-konsultazzjoni pubblika.  Tali policies għad iridu jiġu approvati.
Sal-lum, l-użu tal-enerġijaalternattiva kien limitat.  Malta għandha sfidi qawwija biex tibni l-infrastruttura meħtieġa ħalli tisfrutta l-enerġija mir-riħ, xemx u skart.  Limitazzjoni t’art adatta u l-ibħra fondi ta‘ madwar il-gżejjer Maltin jillimitaw l-iżvilupp fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija mir-riħ.
L-utilizzazzjoni tal-enerġijamix-xemx mid-diversi setturi ekonomiċi kienet marġinali, possibilment minħabba l-investiment kapitali sostanzjali neċessarju.  Il-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-iskart għadha lura minħabba li l-iżvilupp tal-infrastruttura  meħtieġa għadu fil-fażijiet inizjali.
Sal-2008, Malta kienet tidherli qiegħda f’pożizzjoni tajba biex tilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropeja dwar il-konsum tal-Biofuel. Iżda fl-2008 il-bejgħ tal-biofuels naqas drastikament u reġa’ ġie għall-livelli tal-2005.  F’dawn iċ-ċirkostanzi mhux possibli li jsiru stimi ta’ min jorbot fuqhom dwar jekk Malta għadhiex fit-triq li tilħaq il-miri Ewropej.
Nuqqasijiet fl-ippjanarstrateġiku kienu wħud mir-raġunijiet ewlenin li wasslu għal din is-sitwazzjoni.  Minkejja li żdiedu l-pompi tal-petrol li jbiegħu l-biofuel, jidher li l-konsumaturi jħossu li d-differenza bejn il-prezz tal-biofuel u dak tad-diesel hija waħda marġinali. Kien hemm ukoll nuqqas ta’ kampanji informattivi dwar il-benefiċċji tal-biofuel.  Ir-rapport jinnota wkoll li teżisti l-opportunita’ biex ir-Regolatur isaħħaħ l-inizjattivi tiegħu dwar il-monitoraġġ.
In-National EnergyEfficiency Action Plan jippreżenta 26 miżura li jinkoraġġixxu tnaqqis mill-konsum tal-enerġija. Dawn l-miżuri kienu mplimentati f’diversi setturi tal-ekonomija.  Iżda, s’issa, ma kien hemm l-ebda attentat biex jitkejjel l-impatt ta’ dawn il-miżuri.
Studji li għamel l-UffiċċjuNazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar xi wħud minn dawn l-miżuri juru li, minkejja xi riżultati pożittivi, hemm lok għal aktar progress.
L-ewwel studju kkonċerna l-iskemitas-settur domestiku biex iħeġġu l-konsumatur jixtri appliances li jkunu energy efficient.  Jidher li n-numru t’applikazzjonijiet għal ċertu prodotti f’dawn l-iskemi ma kienx kif mistenni għaliex in-neqfa inizjali kienet meqjusa mill-konsumaturi bħala relattivament sostanzjali.
It-tieni studju dwaril-miżura tal-Green Leaders fis-settur pubbliku juri li minkejja r-riżultati pożittivi hemm lok għal iktar progress, speċjalment fejn jidħol ippjanar strateġiku.
Minkejja li l-isforzi li sarusal-lum wasslu għal xi riżultati nkoraġġanti, dan ir-rapport jindika diversi raġunijiet li jistgħu jtellfu lil Malta milli tilħaq l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija alternattiva u l-effiċjenzja fl-użu tal-enerġija. Ir-raġunijiet prinċipali li wasslu għal din is-sitwazzjoni jinkludu li ċertu policies għadhom qed jiġu kkonsolidati u l-ippjanar dwar l-istrateġija u l-implimentazzjoni mhux dejjem kienu adegwati.  Kien hemm ukoll nuqqas ta’ monitoraġġ tad-diversi miżuri u inizjattivi mir-Regulatur.
Fiċ-ċirkostanzi r-rapportjippreżenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet immirati biex tissaħħaħ l-infrastruttura relatata u jitjiebu l-mekkaniżmi biex jinkoraġġixxu iżjed l-użu ta’ enerġija alternattiva u jiġu addottati prattiċi li jwasslu għal użu iżjed effiċjenti tal-enerġija.

Għal iżjed informazzjoni tista’ tikkuntattja l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fuq nao.malta@gov.mt  Stqarrijiet għall-istampa u rapporti jkunu online mid-data tal-pubblikazzjoni fuq www.nao.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow