Left arrow Mur Lura

Investigazzjoni dwar allegati rregolaritajiet b’rabta ma’ l-Impjant ta’ Reċiklaġġ f’Sant’Antnin, Marsaskala -  Tender  maħruġa minn WasteServ Malta Limited

pr1650
Date Icon 30/09/2009
L-Awditur Ġenerali ppreżentarapport ta’ l-Investigazzjoni dwar allegati rregolaritajiet b’rabta ma’ l-Impjant ta’ Reċiklaġġ f’Sant’Antnin, Marsaskala. Tender, maħruġa minn WasteServ Malta Limited, ingħatat lill-kumpanija internazzjonali ta’ konsulenza SLR Consulting Ltd. Din it-tender, bi prezz ta’ ftit aktar minn €200,000 kellha ordni ta’ varjazzjoni ta’ €35,523 oħra biex id-Dikjarazzjoni dwar l-Impatt fuq l-Ambjent tkun emendata.
L-Onor. O. Bonnici, f’ittrali kien bagħat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kien emfasizza fuq numru ta’ allegati irregolaritajiet min-naħa ta’ SLR Consulting Ltd.  Għalhekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien uffiċjalment talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.
L-Uffiċċju Nazzjonalital-Verifika mexxa din l-investigazzjoni skond l-aspett finanzjarju  u ta’ osservanza biss. Fil-fatt ġiet indirizzata l-kwistjoni ta’ pagamenti li saru lil SLR Consulting Ltd u dan kontra:

·        it-termini ta’ referenza kif imniżżla fid-dokument tat-tender;

·        it-tweġiba ta’ SLR Consulting Ltd għas-sejħa tat-tender; u

·        id-Dikjarazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent li għamlet il-kumpanija.

Mill-investigazzjoni magħmulamill-Awditur Ġenerali jirriżulta, li SLR Consulting Ltd kienet tħallset l-ammont sħiħ imniżżel fit-tender, minkejja l-fatt li żewġ rapporti ma kienux inklużi fid-Dikjarazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent.
L-istess kumpanija ppreżentatżewġ rapporti oħra, li l-istimi tagħhom ma setgħux jiġu identifikati fl-iskeda ta’ rati li tagħmel parti mid-dokumenti tat-tender sottomessi mill-kumpanija.  Sussegwentement, WasteServ ħallset lil SLR Consulting Ltd ammont ta’ ftit aktar minn €4,000 għal wieħed minn dawn ir-rapporti, bħala parti mill-ordni ta’ varjazzjoni.
Irid jingħad ukoll, liWasteServ naqset milli tagħmel pagament ta’ madwar €36,000 f’Taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq dan il-Kuntratt. Dan l-ammont, ekwivalenti għal 18% tal-valur totali tat-tender, suppost li ġie kkunsidrat waqt l-għoti tat-tender lil SLR Consulting Ltd.

Stqarrijiet għall-istampa u rapporti jkunu online mid-data tal-pubblikazzjoni fuq www.nao.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow