Investigazzjoni dwar allegati rregolaritajiet b’rabta ma’ l-Impjant ta’ Reċiklaġġ f’Sant’Antnin, Marsaskala - Tender maħruġa minn WasteServ Malta Limited
pr1650
30/09/2009
| L-Awditur Ġenerali ppreżenta | rapport ta’ l-Investigazzjoni dwar allegati rregolaritajiet b’rabta ma’ l-Impjant ta’ Reċiklaġġ f’Sant’Antnin, Marsaskala. Tender, maħruġa minn WasteServ Malta Limited, ingħatat lill-kumpanija internazzjonali ta’ konsulenza SLR Consulting Ltd. Din it-tender, bi prezz ta’ ftit aktar minn €200,000 kellha ordni ta’ varjazzjoni ta’ €35,523 oħra biex id-Dikjarazzjoni dwar l-Impatt fuq l-Ambjent tkun emendata. |
| L-Onor. O. Bonnici, f’ittra | li kien bagħat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kien emfasizza fuq numru ta’ allegati irregolaritajiet min-naħa ta’ SLR Consulting Ltd. Għalhekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien uffiċjalment talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet. |
| L-Uffiċċju Nazzjonali | tal-Verifika mexxa din l-investigazzjoni skond l-aspett finanzjarju u ta’ osservanza biss. Fil-fatt ġiet indirizzata l-kwistjoni ta’ pagamenti li saru lil SLR Consulting Ltd u dan kontra: |
· it-termini ta’ referenza kif imniżżla fid-dokument tat-tender;
· it-tweġiba ta’ SLR Consulting Ltd għas-sejħa tat-tender; u
· id-Dikjarazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent li għamlet il-kumpanija.
| Mill-investigazzjoni magħmula | mill-Awditur Ġenerali jirriżulta, li SLR Consulting Ltd kienet tħallset l-ammont sħiħ imniżżel fit-tender, minkejja l-fatt li żewġ rapporti ma kienux inklużi fid-Dikjarazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent. |
| L-istess kumpanija ppreżentat | żewġ rapporti oħra, li l-istimi tagħhom ma setgħux jiġu identifikati fl-iskeda ta’ rati li tagħmel parti mid-dokumenti tat-tender sottomessi mill-kumpanija. Sussegwentement, WasteServ ħallset lil SLR Consulting Ltd ammont ta’ ftit aktar minn €4,000 għal wieħed minn dawn ir-rapporti, bħala parti mill-ordni ta’ varjazzjoni. |
| Irid jingħad ukoll, li | WasteServ naqset milli tagħmel pagament ta’ madwar €36,000 f’Taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq dan il-Kuntratt. Dan l-ammont, ekwivalenti għal 18% tal-valur totali tat-tender, suppost li ġie kkunsidrat waqt l-għoti tat-tender lil SLR Consulting Ltd. |
Stqarrijiet għall-istampa u rapporti jkunu online mid-data tal-pubblikazzjoni fuq www.nao.gov.mt
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987