Left arrow Mur Lura

IT-Turiżmu F’Awissu: inkoraġġiment sabiex dawk involuti fis-settur jaħdmu aktar viċin xulxin

pr1649
Date Icon 30/09/2009
Is-Segretarjat Parlamentarigħat-Turiżmu qal li r-riżultati miksuba mis-settur turistiku f’Awissu – li huwa l-aktar xahar importanti għat-turiżmu f’pajjiżna – huma ċifri li, meħudin fil-kuntest tal-kriżi internazzjonali, għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet kollha nvoluti fl-industrija tat-turiżmu biex jaħdmu aktar u aktar viċin xulxin u mal-awtoritajiet sabiex jintgħelbu l-isfidi internazzjonali fis-settur tal-ivvjaġġar.
Il-fatt li t-tnaqqis fix-xaharta’ Awissu niżel għal 3.5% - meta destinazzjonijiet oħra kompetituri fil-Mediterran kellhom tnaqqis li jlaħħaq sa 11% matul l-istess xahar - juri li l-ħidma tal-Gvern, tal-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) u l-industrija privata f’dan il-qasam, qed tħalli l-frott.
Ir-riżultati mħabbramill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għax-xahar ta’ Awissu jikkonfermaw dak li stqarr dan l-aħħar il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), li l-lukandiera f’Awissu marru ferm aħjar milli stennew. Dan għandu dejjem jittieħed fil-kuntest tas-sitwazzjoni fejn il-World Travel and Tourism Council qed ibassar li fil-Mediterran waħdu, ser ikun hemm tnaqqis ta’ medja ta’ 10 miljun turist li ser iwassal għal tnaqqis ta’ medja ta’ 10% fin-numru ta’ turisti li jivvjaġgaw lejn il-pajjiżi tal-Mediterran.
Is-Segretarjat Parlamentarijfakkar li din is-sena, il-Gvern ta aktar fondi lill-MTA sabiex din tkun tista’ tirreklama lil pajjiżna b’mod intensiv f’din is-sena partikolari. Biż-żieda fil-fondi, l-MTA kompliet tirreklama lil Malta anke fix-xhur tas-Sajf u għall-ewwel darba kien hemm riklami televiżivi mhux biss fir-Renju Unit li huwa l-akbar suq għal pajjiżna, iżda wkoll fl-Italja, fil-Ġermanja u fi Franza. Ir-reklamar kontinwu kien bżonnjuż sabiex ikun indirizzat il-fenomenu ta’ late bookings li qed jikkaratterizza l-industrija din is-sena.
L-MTA ħadmet ukoll sabiextassigura li l-aċċessibbiltà ta’ pajjiżna tkun waħda li ssostni l-industrija u fil-fatt, f’dan is-sajf Malta rnexxielha żżomm l-istess numru ta’ seats li kellha s-sena l-oħra, f’perjodu fejn ajruporti Ewropej raw tnaqqis ta’ medja ta’ 5% fin-numru ta’ passiġġieri. Din is-sena kienu ntrodotti 11-il rotta ġdida fosthom: Bristol, Newcastle, Trapani, Edinburgh, Stokkolma, Madrid, Barcelona u Valencia.
Is-Segretarjat Parlamentarirrefera wkoll għall-varji interventi li ttieħdu mill-Gvern din is-sena sabiex jgħin lil din l-industrija, fosthom:

1.      iddiskuta mal-Banek kummerċjali u kiseb offerta ta’ moratorju sa perjodu ta’ 12-il xhar fuq ħlasijiet ta’ kapital fuq self li jkollhom lukandiera. Aktar minn 15-il lukanda ngħataw dan il-moratorju mill-banek tagħhom.

2.      nieda skema ta’ sussidju tal-imgħax fuq self minn lukandi li jwettqu proġetti ta’ tisbiħ jew ta’ tkabbir, b’total ta’ €3 miljuni fuq medda ta’ 10 snin.

3.      nieda skema ta’ €300,000 ta’ sussidju bħala għajnuna lis-settur pubbliku u parastatali sabiex jinġiebu konferenzi lejn Malta. S’issa din l-iskema se tkun qed iġġib f’Malta 13-il konferenza li se jissarrfu f’total ta’ kważi 30,000 bed nights.

4.      nieda skema ta’ €500,000 ta’ għajnuna lis-settur privat fil-qasam tat-turiżmu permezz ta’ liema, il-Gvern offra li jirdoppja l-ammont ta’ flus minfuqa f’reklamar addizzjonali magħmul mis-settur privat.

5.      nieda skema ta’ €250,000 sabiex tgħin għaqdiet sportivi jorganizzaw konferenzi, tournaments, kompetizzjonijiet u training camps internazzjonali f’Malta, liema skema  se tkun iġġenerat madwar 22,000 bed nights.

6.      nieda skema ta’ €10 miljuni b’fondi Ewropej bħala għajnuna lis-settur privat fil-ħolqien ta’ proġetti ta’ innovazzjoni u sostenibbiltà fil-qasam tat-turiżmu.

7.      nieda skema ta’ €250,000 sabiex jgħin lill-Kunsilli Lokali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet lokali b’element turistiku.

Huwa mportanti li l-Gvern u s-settur privat ikomplu jaħdmu flimkien sabiex jingħelbu dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow