490 kilo ta’ droga maqbuda fl-ewwel disa’ xhur tas-sena
pr1644
30/09/2009
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carm | Mifsud Bonnici jinnota b’sodisfazzjon numru ta’ żviluppi mportanti li seħħew reċentement fil-ġlieda tal-Istat kontra d-droga, grazzi għax-xogħol tad-Drug Squad tal-Korp tal-Pulizija u aġenziji tal-infurzar oħrajn. |
| Ta’ min jgħid li sat-28 ta’ Settembru, kienu | nqabdu aktar minn 490 kilo ta’ drogi llegali varji, fosthom kokaina, eroina, khat u kannabis f’diversi forom. Ma dawn iridu jissemmew ukoll aktar minn 24,500 pillola ta’ ecstasy jew ecstasy falza li nqabdu fl-istess perjodu. Għal bosta tipi ta’ drogi, l-ammonti li nqabdu sa mill-bidu ta’ din is-sena diġà jiżboq l-ammonti totali li nqabdu matul is-sena 2008 kollha. Ta’ min ifakkar li s-sena l-oħra, minnha nnifisha, kienet sena li matulha sar qbid rekord ta’ droga. |
| Barra minhekk, ta’ min jinnota wkoll iż-żieda li | kien hemm fin-numru ta’ persuni li tressqu quddiem il-Qrati mid-Drug Squad tal-Korp tal-Pulizija. Sat-28 ta’ Settembru ta’ din is-sena, kienu tressqu 268 persuna fuq pussess ta’ droga u 126 fuq traffikar. Dan filwaqt li ġew arrestati mal-444 persuna fuq suspetti relatati ma’ pussess jew traffikar ta’ droga. |
| Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern | jirringrazzja lill-forzi tal-ordni kollha, partikolarment id-Drug Squad tal-Korp tal-Pulizija għal din il-ħidma imprezzabbli tagħhom u jħeġġiġhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jagħmlu mis-soċjetà Maltija, waħda iktar sikura. |
| Il-Gvern ser jibqa impenjat li jgħatihom | l-għodod kollha li hemm bżonn biex din il-ġlieda tkompli tintrebaħ. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987