Left arrow Mur Lura

L-IMQABBA MAL-MEDDA TAŻ-ŻMIEN

pr1643
Date Icon 30/09/2009
Bħalissagħaddejjin l-aħħar preparamenti għall-avveniment ‘L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien’,  li se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru, mill-Kunsill Lokali Mqabba. Il-programm bl-attivitajiet ġie mħabbar illum fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.
Dinl-attività qed tieħu fondi mill-Iskema għall-attivitajiet kulturali mnedija mis-Segretarjat Parlamentari, u hi waħda mill-katina ta’ inċentivi kulturali li qed joħolqu l-kunsilli lokali fil-lokalitajiet tagħhom, permezz ta’ dan il-Fond, stqarr Dr. Chris Said.
Waqt dinis-serata, li tiftaħ fis-6.00 p.m., bosta postijiet madwar ir-raħal, fosthom l-Isptar il-Qadim ser ikunu miftuħa għall-pubbliku u jservu ta’ vetrina għall-epoka li fiha kienu jintużaw, permezz ta’ re-enactments minn atturi u wirjiet.
Il-Katakombi li hemm fil-lokalità, wkoll sejservu ta’ attrazzjoni u ser ikun possibbli li wieħed jinżel iżurhom bl-għajnuna ta' gwidi. Wirja awdjo-viżiva li tiġbor l-istorja tal-katakombi se tkun qed tintwera barra l-post.
Il-pjazeztal-Imqabba u l-madwar ser ikunu mimlija b’numru ta' mużicisti bi strumenti Maltin u kantanti.  Fil-pjazza prinċipali ser tittella esebizzjoni ta' skultura fil-ġebla Mqabbija u se jintwera kif jinqata’ l-ġebel bil-makkinarju modern. Ta’ attrazzjoni ser ikunu tnejn mill-ewwel trakkijiet li kienu jġorru ġebel meta ġew introdotti l-vetturi bil-mutur f'Malta.  Ta’ min isemmi li l-Imqabba kienet minn dejjem sinonima max-xoghol tal-ġebla Maltija.
Il-kunsilllokali se jkun qed jiprovdi servizz ta'  karozzini bla ħlas li ser idawwar lil dawk preżenti madwar il-parti l-antika tal-villaġġ.  It-tfal ukoll ser ikollhom ir-rokna tagħhom b’logħob għalihom.
Fid-9.00p.m. ser jkun organizzat kunċert minn kantanti stabbiliti Maltin fosthom Freddie Portelli, il-Band ta' Philip Vella flimkien mal-kantanti Ludvig Galea, J Anvil, Debbie Scerri u Claudia Faniello.
Għad-dilettantital-banda u marċi Maltin, se jkun hemm banda komposta miż-żewġ soċjetajiet mużikali  tal-lokal.  Ovvjament ma jonqosx ukoll il-logħob tan-nar, li wkoll jifforma parti mill-identità marbuta ma' dan ir-raħal.
Biex aktartiddomina l-atmosfera tipika ta' raħal Malti, studenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi, (ITS), ser jippreparaw quddiem il-pubbliku ikel tipiku Malti.  Il-mejda b’ħelu tradizzjonali u fuq kollox id-dverni ta' l-inbid, ma jonqsux.
Matulis-serata ser ikun qed jiġi preżentat fuljett gwida li jinkludi mappa dettaljata tal-postijiet kollha ta' interess u ta’ fejn ikunu qed isiru x-xeni drammatizzati.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow