Left arrow Mur Lura

FINANŻI PUBBLIĊI FL-AĠENDA TAL-ECOFIN HEKK KIF 20 STAT MEMBRU MISTENNIJA JAQBŻU R-RATA TA’ DEFIĊIT TA’ 3%

pr1642
Date Icon 30/09/2009
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Goteborg, fl-Isvezja fejn se jipparteċipa fil-laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup.
L-Onor. Tonio Fenech huwaakkumpanjat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Michael C. Bonello u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.
Waqt l-ECOFIN, is-sitwazzjoniekonomika u finanzjarja se tibqa’ fuq quddiem nett fl-aġenda, b’mod partikolari mill-aspett ta’ finanzi, hekk kif din is-sena, 20 mis-27 Stat Membru mistennija jaqbżu d-defiċit ta’ 3%.
Punt importanti ieħor fuql-aġenda se jkun il-politika dwar il-bidla tal-klima u l-istrumenti ekonomiċi meħtieġa biex din l-istess politika tkun tista’ titwettaq fil-prattika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow