FINANŻI PUBBLIĊI FL-AĠENDA TAL-ECOFIN HEKK KIF 20 STAT MEMBRU MISTENNIJA JAQBŻU R-RATA TA’ DEFIĊIT TA’ 3%
pr1642
30/09/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Goteborg, fl-Isvezja fejn se jipparteċipa fil-laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup. |
| L-Onor. Tonio Fenech huwa | akkumpanjat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Michael C. Bonello u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri. |
| Waqt l-ECOFIN, is-sitwazzjoni | ekonomika u finanzjarja se tibqa’ fuq quddiem nett fl-aġenda, b’mod partikolari mill-aspett ta’ finanzi, hekk kif din is-sena, 20 mis-27 Stat Membru mistennija jaqbżu d-defiċit ta’ 3%. |
| Punt importanti ieħor fuq | l-aġenda se jkun il-politika dwar il-bidla tal-klima u l-istrumenti ekonomiċi meħtieġa biex din l-istess politika tkun tista’ titwettaq fil-prattika. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987