Messaġġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea fl-okkazjoni ta’ ‘Jum l-Anzjan – l-1 t’Ottubru 2009’
pr1641
30/09/2009
| F’dan il-jum iddedikat lill-anzjani nagħmlu | tajjeb jekk illum niefqu ftit biex insellmu u napprezzaw lill-anzjani tagħna. Dak li għandna llum nafuh lill-anzjani tagħna li l-bieraħ u l-bieraħt lura ħadmu, bnew u sawwru dan il-pajjiż. |
| Anke llum, ħafna u ħafna anzjani għadhom qed | jagħtu sehem kbir fis-soċjetà tagħna. Sfortunatament mhux dejjem napprezzaw biżżejjed il-kontribut kbir li l-anzjani għadhom jagħtu b’mod volontarju fil-familji tagħna, fil-parroċċi, fil-festi, fil-Kunsilli Lokali u f’diversi għaqdiet u entitajiet volontarji. Dan il-kontribut jingħata fis-skiet, mingħajr daqq ta’ trombi u mingħajr ebda kumpens. |
| Il-pajjiż għandu jibqa’ jinvesti fi proġetti u | servizzi mmirati lejn l-anzjani. Fil-fatt, f’din l-aħħar sena sar investiment ġdid ta’ aktar minn €7.4 miljun. Dan jinkludi l-Blokka Ġwanni Pawlu II f’San Vinċenz li fiha se tilqa’ 144 anzjan u anzjana, kif ukoll żewġ swali ġodda ta’ 64 sodda fil-kumpless St Jean Antide, f’Ħ’Attard u proġett pilota ta’ night shelter fiż-Żejtun. |
| Dan, apparti investimenti ta’ aktar minn miljun | Ewro oħra f’refurbishment li qiegħed isir fl-Isptar Karen Grech, fejn hemm rikoverati numru ta’ anzjani. |
| Biss tajjeb li lkoll niftakru fid-dmir tagħna li | nieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħna. Fejn tidħol il-kura u l-ħarsien tal-anzjani, il-Gvern qatt ma’ jista’ jkun sostitut tal-familja. Il-Gvern qiegħed hemm biex sa fejn hu possibbli, jgħin u jagħti support lill-familja fil-ħarsien tal-anzjani qraba tagħhom. |
| Ovvjament jeżistu ċirkostanzi u każi fejn | il-familja verament ma tkunx tista’ tibqa’ tieħu ħsieb il-qraba anzjani tagħhom u f’każi bħal dawn l-anzjani jkollhom bżonn li jidħlu f’xi residenza għall-anzjani. Iżda tajjeb inżommu f’moħħna li ebda Dar tal-Anzjani, komda kemm hi komda u ebda servizz, tajjeb kemm hu tajjeb, ma jista’ qatt jimla l-vojt li tħalli l-familja. |
| F’dan il-jum iddedikat lill-anzjani tajjeb | insellmu lill-għeżież anzjani tagħna u nirringrazzjawhom għal dak kollu li għamlu u li għadhom qed jagħmlu magħna. |
| Li nieħdu ħsieb u nindukraw lill-anzjani qraba | tagħna mhix għażla, iżda dmir ta’ kull wieħed u waħda minna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987