Left arrow Mur Lura

NUMRU REKORD TA’ MALTIN GĦAMLU KUNTATT MAL-AMBAXXATI MALTIN MADWAR ID-DINJA FIX-XHUR TAS-SAJF

pr1638
Date Icon 30/09/2009
Fit-tliet xhur tas-Sajf kien hemm 6,500kuntatt bejn ċittadini Maltin u s-27 Ambaxxata li Malta għandha mifruxa madwar id-dinja. L-Ambaxxati Maltin irċevew iktar minn 2,500 kuntatt għall-assistenza matul Settembru sabiex, issa fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, iċ-ċifra telgħet għal ftit inqas minn 15,000 kuntatt. Dan flimkien mal-450 kuntatt minn investituri u negozjanti li interessaw ruħhom f’pajjiżna. Dan joħroġ minn rendikont tal-ħidmiet li wettaq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena.
Matul ix-xhur tas-sajf ta’ din is-sena,il-Maltin li jsiefru kellhom f’idejhom għodda ġdida hekk kif fil-bidu tas-sajf tqassmu ‘l fuq minn 30,000 kopja tal-manwal ta’ gwida ‘Qabel Issiefer’. Bosta aġenziji tal-ivvjaġġar faħħru din l-inizjattiva u kkolaboraw ma’ dan il-Ministeru fit-tqassim ta’ dan il-manwal.
Matul dawn ix-xhur tas-sajf, intensifikatil-ħidma mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin sabiex Malta tingħata iktar importanza barra minn xtutna. L-Ambaxxati tagħna komplew jagħmlu ħilithom sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom biex ikomplu jkunu ta’ vetrina għal Malta, speċjalment fil-qasam tal-investiment dirett barrani u tat-turiżmu.
Fuq dan l-aspett il-Ministeru tal-AffarijietBarranin qed jaħdem sabiex ikabbar il-kuntatti tiegħu barra minn Malta u jibni pontijiet ġodda li biż-żmien iwasslu għall-aktar investimenti.
Dawn is-6,500 kuntatt kienu jirrigwardjawdiversi temi bl-iktar tlieta popolari jkunu telf ta’ passaporti, dokumenti jew flus waqt vaganza, problemi ta’ ivvjaġġar kif ukoll problemi ma’ forzi tas-sigurta’ ta’ dak il-pajjiż partikolari.
Waħda mill-attivitajiet li serviet dan l-iskopkienet l-anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta, li matul l-aħħar ġranet ta’ Settembru, l-Ambaxxati Maltin iċċelebraw l-45 sena anniversarju minn meta Malta kisbet l-Indipendenza. Għal dan il-għan kienu bosta dawk l-attivitajiet li fakkru din il-ġurnata storika għal pajjiżna. L-Ambaxxaturi ħadu l-opportunita’ biex ikabbru l-kuntatti diplomatiċi tagħhom fost il-pajjiżi residenti. Għal dawn l-attivitajiet attendew fost l-oħrajn Diplomatiċi, rappreżentanti tal-gvern, ġurnalisti u nies midħla tal-investimenti.
Matul dawn l-ewwel disa’ xhur rajna wkoll kifqed jiżdiedu l-kuntatti li l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta qed ikollhom, speċjalment minn kumpaniji u investituri li qed juru interess biex jinvestu f’pajjiżna. Dawn it-talbiet minn kumpaniji u investituri telgħu għal ftit iktar minn 450 kuntatt, jiġifieri medja ta’ 50 kuntatt kull xahar.
Finalment fuq quddiem ukoll tal-aġenda,il-Ministeru ħaseb li jkun regolarment iktar qrib in-nies. Flimkien ma’ dan li ssemma hawn fuq, il-websajt tal-ministeru www.foreign.gov.mt qeda tkun dejjem iktar segwita - b’iktar minn 1,500 persuna jżuruha kuljum. Il-Ministeru se jkompli jsaħħaħ din il-websajt b’iktar materjal. Is-suċċess ta’ din il-websajt huwa marbut mal-informazzjoni offruta u li qed tkun aġġornata regolarment.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow