Left arrow Mur Lura

JITQASSMU Ċ-ĊERTIFIKATI LIL 95 ASSESSUR ĠDID TAR-RENDIMENT TAL-BINI FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

pr1637
Date Icon 29/09/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali, George Pullicino ippreżenta ċ-ċertifikati lil 95 periti u enġiniera li temmew b’suċċess il-kors fuq il-metodologijja li għandha tintuża u software għal Malta li biħ jitkejjel ir-rendiment tal-bini (djar u postijiet ta’ abitazzjoni) fl-użu tal-energija, sabiex minn issa ‘l quddiem ikunu jistgħu jibdew jaqdu l-funzjoni ta’ assessuri tal-użu effiċjenti tal-enerġija fil-bini, u jibdew jinħarġu ċ-ċertifikati li jindikaw il-grad tal-effiċjenza tal-istess bini.
Minn din is-sena s-sidien ta’kull bini li jinbiegħ jew jinkera huma obbligati permezz tal-Avviz Legali 261 ta’ 2008 li jkollhom ċertifikat li juri r-rata ta’ effiċjenza fir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ enerġija.  Dan ic-certifikat irid isir ukoll għal kull bini li għalih jintalab permess ta’ żvilupp mill-MEPA. Dan iċ-ċertifikat irid ikun provdut sa 60 ġurnata minn meta jintalab mill-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini fit-Taqsima tas-Servizzi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Għalhekk issa li l-assessuri neċessarji kif ukoll il-metodoliġija u software neċessarju huma stabbiliti sabiex jibdew jinħarġu ċ-ċertifikati fuq il-postijiet ta’ abitazzjoni, l-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini ser jibda jagħmel l-infurzar u l-moniteraġġ ta’ dawn ir-regoli.
Il-Ministru Pullicino awgura lidan l-ewwel grupp ta’ periti u enġiniera mhux biss isibu dan ix-xogħol interessanti iżda wkoll jużawh tajjeb sabiex tkompli tiddaħħal kultura favur l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-binjiet. Jekk tintuża enerġija bil-għaqal dan ikun ifisser li qed jinħarġu anqas emissjonijiet, u anqas emissjonijiet ifissru ambjent aħjar filwaqt li titħares is-saħħa tal-bniedem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow