KUNĊERT FL-OKKAŻJONI TAL-ĦAMES SENA TAL-KAMPANJA 34U
pr1636
29/09/2009
| Id-direttur ta’ fama | internazzjonali Paul Max Edlin li se jkun qed jidderieġi l-kunċert li se jittella’ nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru fit-Teatru Manoel, fl-okkażjoni tal-ħames sena mit-tnehdija tal-Kampanja 34U li qed issir bil-Kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Vodafone, De la Rue, ELC, Vassallo Builders u Tumas group, wasal f’Malta u beda l-provi mal-kor Amadeus li se jkun qed jipparteċipa f’dan il-kunċert. |
| L-Orkestra Filarmonika | Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi l-kunċert Vincero’ from Verdi to Verismo bil-parteċipazzjoni tal-Amadeus Chamber Choir, it-Tenur Brian Cefai flimkien mas-Soprano Michelle Cachia Castalletti akkompanjati minn Albert Buttigieg, Louis Cassar, Josef Cassar u Stephanie Degiorgio Wismayer. |
| Il-biljetti għal dan il-kunċert | jistgħu jinkisbu mi-Teatru Manoel mill-10am-13.00 u bejn il-17.00-19.00. Il-prezzijiet għal dan il-kunċert ivarjaw minn €10 sa €45. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987