DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ HON MARIO GALEA FIL-FTUĦ TAL-KONFERENZA “INFORMATION, INNOVATION, DYNAMISM” ORGANIZZATA MILL-MALTA CONTINENCE CARE ASSOCIATION – DOLMEN RESORT HOTEL, ST. PAUL’S BAY
pr1635
29/09/2009
| Hu ta’ pjaċir għalija li nerġa | nindirizzakom fil-ftuħ ta’ din il-konferenza dwar l-inkontinenza. |
| Nibda billi nirrikonoxxi li | l-ħidma tagħkom f’dan il-qasam ħafna drabi ssir fil-kwiet u fis-skiet. |
| Sfortunatament, il-kundizzjoni | tal-inkontinenza fiha innifisha iġġib magħha ċerta mistħija. |
| Tabilhaqq ħasra. Għax din hi | kundizzjoni li minkejja li hija komuni għadha mxekkla b’ċerta stigma. U l-istigma ma taqax mill-ajru. Bħala socjeta’, diskorsna ta’ kuljum, mingħajr ma nafu u konvint mingħajr ma rridu, għadu jirifletti li l-inkontinenza għalina bħala poplu għadha xi ħaga ta’ żufjett. Tad-daħk. Kemm-il darba nisimgħu kliem bhal “Għamel taħtu bil-biża”. |
| Għax jekk jien għandi urinary | incontinence kif jista’ xi ħadd jippretendi li nitkellem bil-miftuħ dwarha meta naf li nista’ niġi labelled? Fil-verita’, aħna soċjeta’ li tħobb twaħħal it-tiketti. “Dak miġnun. Dak m’aħniex. Dak beżżiegħ.” U sejrin. U f’kemm ili ngħidlek tispiċċa titlef l-identita’ tiegħek u tiġi ridott għal bħallikieku int sempliċi prodott fuq xkaffa tas-supermarket.... bit-tikketta. |
| U allura meta nitkellmu fuq | l-inkontinenza qed nitkellmu fuq kundizzjoni. Kundizzjoni medika jew psikoloġika. Imma qed nitkellmu wkoll fuq emozzjonijiet. Kif tafu ħafna aktar minni, persuni bi problemi ta’ inkontinenza jispiċċaw iħossuhom priġunieri tal-kundizzjoni tagħhom. Ħafna minnhom ma jistgħux igawdu l-ħajja to its full għax għandhom kundizzjoni li toħloq ċerti limitazzjonijiet. U sfortunatament l-inkontinenza hija kundizzjoni li ma tistax titkellem fuqha. Psikologi jgħidu li meta titkellem u taqsam l-esperjenza fuq il-kundizzjoni medika tiegħek you are acknowledging your condition u allura din tgħinek biex taċċetta l-kundizzjoni tiegħek. |
| U allura ma nkunx qed nesaġera | meta ngħid li uħud mill-klijenti li taħdmu magħhom iħossuhom litteralment magħluqa f’gaġġa. |
| Konferenza bħal din hija | importanti. Professjonisti bħalkom iridu jżommu rwieħhom aġġornati bir-riċerka li qed issir, b’sistemi ġodda ta’ kura, bi prodotti ġodda li hawn fis-suq grazzi għal-riċerka li saret u issir f’dan il-qasam. Konferenza bħal din hija opportunita’ tajba ħafna biex tlaħħqu mal-iżviluppi li dejjem qegħdin iseħħu f’dan il-qasam. |
| Imma konferenza bħal din għandha | wkoll isservi biex intom li taħdmu f’dan il-qasam taqsmu l-esperjenzi tagħkom. Hawn ġew hawn minjiera ta’ esperjenza. Ta’ għarfien li jiġi mhux biss mill-kotba u mill-istudju iżda mill-fatt li intom qegħdin hands on. Taħdmu. Tiltaqgħu mal-pazjenti u klijenti tagħkom, u magħhom taqsmu l-piz tal-problema tal-inkontineza. Intom flimkien tfissru minjiera ta’ esperjenza u kulhadd, kull wieħed u waħda minnkom, għandu x’jitgħallem u x’jgħallem. |
| Qabel nagħlaq inħoss li nkun qed | nonqos jekk ma nerġax nagħmel appell biex bħala professjonisti nkunu viġilanti u naċċertaw biss li noffru servizz ta’ inkontinenza lil min verament ikun inkontinenti. F’San Vincenz biss, minn elf anzjan, jien informat li 723 juzaw in-nappies. Fis-sena li għaddiet fil-komunita’ ntużaw aktar minn 1,700,000 nappy. |
| Prosit ta’ din il-konferenza u grazzi mill-ġdid | tal-opportunita’ biex nindirizzakom. Din il-konferenza se tibda propju meta tintemm. Għax din hi opportunita’ tajba ħafna biex intom taqsmu l-esperjenzi tagħkom. Minn għada ħafna minnkom se tmorru lura għax-xogħol. U terġgħu tibdew tħabbtu wiċċkom mal-problemi u l-pressjoni tax-xogħol li kif nafu lkoll ma jonqsu qatt. Imma m’għandix dubju li xi ħaġa minn din il-konferenza se tibqa’. Xi ħaġa se tieħdu magħkom. U aktarx li xi ħaga se tippruvaw tbiddlu. U meta tirritornaw lura għar-rutina tal-ħajja forsi l-aktar li se tibqgħu tgħożżu hija l-opportunita’ li tagħtikom konferenza bħal din. Dik li tagħmlu ħbiberiji ġodda u ssaħħu oħrajn antiki. Ħbiberiji ta’ kollegi li bħalkom qed jaħdmu f’dan il-mistier, ma’ dawn il-kljenti. |
| Grazzi talli qed taħdmu ma’ dawk li verament | għandhom bżonn il-parir u l-għajnuna professjonali tagħkom. Grazzi talli fis-skiet, lil dawn il-klijenti, qed tagħmlulhom id-differenza. |
Grazzi mill-qalb.
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987