Left arrow Mur Lura

IL-KUNĊERTI GOLDEN AGE OF THE RENAISSANCE F’GĦAWDEX

pr1634
Date Icon 29/09/2009
Bejn it-28 ta’ Settembru u t-3 ta’ Ottubru 2009,iċ-Ċentru għall-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella Għawdex qed jilqa’ l-ewwel parteċipanti ta’ Gozo – The Artists’ Island Project, inizjattiva ġdida tal-Kunsill tal-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Dan il-proġett għandu l-għan li jattira artistibarranin minn ġeneri diversi (mużiċisti, kantanti, atturi, pitturi, skulturi, kittieba u oħrajn) biex jiġu u jqattgħu ftit żmien f’Għawdex, u filwaqt li jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ artisti lokali, jinvolvu l-massa permezz ta’ kunċerti, soirees, wirjiet u attivitajiet oħra. L-ewwel minn dawn il-gruppi ta’ artisti huwa s-Seraphim Consort, li huwa magħmul minn 35 mużiċisti Ġermaniżi, li jispeċjalizzaw fid-daqq ta’ strumenti mużikali tal-perjodu Rinaxximentali.
Elisabeth Schwanda ilha tgħallem il-mużika ta’żmien ir-Rinaxximent, għal aktar minn għaxar snin. Ir-repertorju jikkonsisti f’mużika dance, fantasiji u canzonas tas-sekli 16 u 17, u mużika sagra tal-istess era, bil-mużiċisti jdoqqu fuq strumenti ta’ dak il-perjodu, bħal recorders ta’ sitt daqsijiet differenti,viola, cornettos u trumbuni; jinkludi xogħlijiet ta’ kompożituri Ġermaniżi, Ingliżi, Franċiżi u Taljani bħal John Dowland, Henry Purcell, John Bull, Pierre Phalese, William Brade, Orlando di Lasso, Giovanni Gabrieli, Johnann Hermann Schein, Michael Altenburg, Andreas Hammerschmidt, Michael Praetorius u oħrajn.
Il-membri ta’ dan il-grupp ta’ mużika tar-rinaxximenthuma dilettanti li saru esperti fuq l-istrumenti tagħhom wara snin twal ta’ prattika. Bit-tmexxija ta’ Elisabeth Schwanda kienet garantita l-kwalità professjonali.
Matul iż-żewġ kunċerti finali, ElisabethSchwanda ser tispjega l-istrumenti u x-xogħlijiet kollha inklużi fil-programm. L-udjenza li mhix familjari mar-repertorju tal-era tar-Rinaxximent, se tiddaħħal fl-atmosfera b’mod divertenti u informattiv.
Bl-ambjent storiku tiegħu, iċ-Ċentrugħall-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella Għawdex huwa post ideali għal dan il-ġeneru ta’ mużika. Bla dubju, il-mużiċisti u l-udjenza ser jiġu ispirati bit-tiżwieqa awtentika ta’ mużika, arkitettura u storja.
Il-kunċerti Golden Age of the Renaissanceser jittellgħu nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru u s-Sibt 3 ta’ Ottubru fit-8.00 p.m. fiċ-Ċentru għall-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella. Id-dħul ser ikun bla ħlas u l-pubbliku huwa mistieden li jattendi. Donazzjoni ta’ €5 fil-bieb ser tintitola lid-donatur għal tazza inbid wara l-kunċert. Din id-donazzjoni ser tmur b’risq ir-Rotary Club – Gozo Charity Fund. Dawk interessati li jattendu għandhom jibbukkjaw minn qabel fuq 21556125 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow