LAQGĦA TAL-MINISTRI EWROPEJ TAD-DIFIŻA
pr1633
29/09/2009
| Illum f'Gotenburg, l-Izvezja, ġiet fi tmiemha l-laqgħa | informali tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea. Malta kienet rappreżentata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, li kien qed jirrappreżenta lill-Prim Ministru fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru tad-Difiża għal Malta . |
| Is-Sorveljanza Marittima u l-iskop | għall-integrazzjoni ta' teknoloġiji differenti sabiex jippermettu lill-Istati Membri tal-UE li jkollhom stampa aktar sħiħa u komprensiva tal-ibħra tal-madwar, kienet waħda mill-punti fuq l-Aġenda tal-Ministri. |
| Din hija l-ewwel laqgħa tal-Ministri tad-Difiża | tal-UE taħt il-Presidenza Svediża u twitti t-triq għall-Kumitat tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjoni Esterni (GAERC) fil-format tal-Ministri tad-Difiża li għandu jiltaqa' f'Novembru. |
| Apparti s-Sorveljanza Marittima, il-Ministri | iddiskutew ukoll numru ta' punti oħra li ghandhom relevanza diretta għal Malta, inkluż l-operazzjoni UE navali EUNAVFOR ATALANTA li tipproteġi t-tbaħħir merkantili mill-pirati fl-ibħra barra mill-kosta tas-Somalja. Minħabba li Malta għandha waħda mill-akbar reġistri ta' bastimenti merkantili fid-dinja, għandha interess dirett fil-suċċess ta' din l-operazzjoni, u qed tikkontribwixxi għas-suċċess tal-operazzjoni permezz ta' skjerament ta' uffiċjal fil-kwartieri ġenerali fir-Renju Unit. |
| Il-Ministri tad-Difiża ddiskutew ukoll il-ħtieġa | għal aktar kompetizzjoni fis-swieq tad-Difiża Ewropea u tat-tagħmir, kif ukoll il-kollaborazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri fl-akkwist tat-taghmir sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż. Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq l-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar meta jwettqu operazzjonijiet immirati biex jiffaċilitaw il-ħolqien tas-sigurta u l-istabbilita’ fid-dinja, biex tkun minimizzata t-telf ta' ħajja fil-kunflitti u biex ikun faċilitat it-tfittix għal ħajja aħjar minn persuni affettwati minn kunflitti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987