Ikompli jonqos in-numru ta’ kawżi pendenti fil-Qrati Ċivili
pr1630
29/09/2009
| Ix-xejra pożittiva tal-aħħar | snin ta’ żieda fin-numru ta’ kawżi li qed jinqatgħu fil-Qrati Ċivili kompliet tidher fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena. |
| Waqt preżentazzjoni tal-ktieb | Maltese Cases and Materials on Trusts & Related Topics- Volume 2 mill-awturi Dr. Max Ganado u Dr. Austin Sammut, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici qal li fejn is-sena l-oħra bejn Jannar u Awwissu kienu nqatgħu 2,994 kawża fil-Qrati Ċivili, matul l-istess perijodu ta’ din is-sena nqatgħu 3,100 kawża. |
| “Rajna wkoll tnaqqis ta’ 3.4% | fuq is-sena l-oħra fin-numru ta’ kawżi pendenti fil-Qrati Ċivili, u dan minkejja l-fatt li n-numru ta’ kawżi ġodda li daħlu baqa’ kostanti. Fil-fatt, is-sena l-oħra s’Awwissu kienu daħlu 3,160 u din is-sena daħlu 3,111. |
| “B’mod partikolari qed naraw | tnaqqis ta’ kawżi pendenti f’Għawdex. Il-Qorti t’Għawdex fil-Prim’Awla f’Awwissu tas-sena l-oħra kellha 1,020 kawża pendenti. Dawn naqsu għal 850 din is-sena. L-istess jista’ jingħad għall-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Malta li f’Awwissu 2008 kellha 5,141 kawża pendenti quddiema li issa niżlu għal 4,908,” qal il-Ministru Mifsud Bonnici. |
| “Dan ifisser li hemm ritmu ferm | iktar qawwi ta’ qtugħ ta’ kawżi. U dan joħroġ minn diversi fatturi. Il-Gvern ser jibqa’ impenjat biex jassigura li l-amministrazzjoni tal-Qrati tagħti s-servizz meħtieġ bl-aħjar mod possibbli. Ta’ min isemmi wkoll il-ħatra ta’ żewġ maġistrati ġodda aktar tard illum, li ser tkun qed iżżid in-numru ta’ maġistrati li jservu b’wieħed. Dan filwaqt li ser nibqgħu nagħmlu l-liġijiet li bihom nagħmlu użu tajjeb min-nies intelliġenti li għandna jaħdmu fil-Qorti,” qal il-Ministru. |
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u | l-Intern temm billi irringrazzja lil Dr. Ganado u Dr. Sammut għall-pubblikazzjoni tagħhom li ddeskriva bħala għodda importanti għal dawk li jaħdmu fil-professjoni legali, u li iżda ma jipprattikawx fil-Qorti. |
Il-ktieb Maltese Cases and Materials on Trusts & Related Topics- Volume 2 huwa ippubblikat mill-Institute of Financial Services Practitioners. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb bl-e-mail fuq info@ifsp.org.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987