MALTA TINGĦATA ATTENZJONI SPEĊJALI FIL-MEDIA ĠERMANIŻA
pr1629
29/09/2009
| Artikli dwar l-attrazzjonijiet | turistiċi għas-suq Ġermaniż |
| Malta ngħatat prominenza f’sezzjoni tal-media | Ġermaniża li tinqara on-line hekk kif is-sit elettroniku Gloobi.de ppubblika diversi artikli li jittrattaw lill-Malta mill-aspett turistiku b’enfasi ġenerali fuq l-istil ta’ ħajja li jgħixu l-Maltin u fuq x’toffri Malta lit-turist Ġermaniż. |
| Dawn l-artikli huma frott il-ħidma | tal-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja, li permezz tal-Ambaxxatur Malti Dr John Paul Grech, qed jinżamm kuntatt regolari ma’ diversi ġurnali u siti elettroniċi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex pajjiżna jissemma iktar fil-media internazzjonali. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jibqa’ għaddej bil-kampanja tiegħu permezz tal-Ambaxxati u l-konsolati li għandu barra minn Malta, sabiex bil-ħidma tagħhom jibqgħu jkunu ta’ vetrina għall-Malta speċjalment fl-investiment dirett barrani u fit-turiżmu. |
| F’wieħed mill-artikli partikolari, Malta | titpinġa bħala destinazzjoni turistika mhux biss fix-xhur tas-sajf. Tant li fl-artiklu jingħad li fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru, Malta toffri klima xemxija u ferm isbaħ u rilassanti minn dik Ġermaniza. F’dan l-artiklu jissemma l-fatt li Malta qiegħda fl-Unjoni Ewropea u fiz-zona ewro, għaldaqstant hija iktar faċli għall-Ġermaniżi biex jiġu jżuru lill-pajjiżna. Fl-istess artiklu, Malta titqabbel ma’ destinazzjoni oħra turistika importanti fil-Mediterran, u l-artiklu jiffavorixxi iktar lill-Malta għaliex f’Ottubru għandha sigħat itwal ta’ xemx li t-turist jista’ jgawdi. |
| Fit-tieni artiklu Malta tissemma bħala | destinazzjoni turistika għall-għaddasa. Hawnhekk jissemmew l-aħħar żviluppi fin-niċċa turistika tad-diving u tingħata prominenza l-aħħar żieda fl-attrazzjonijiet f’qiegħ il-baħar madwar il-gżejjer Maltin. Tingħata wkoll ċifra importanti ta’ madwar 55,000 turist li jżuru Malta apposta għal dan id-delizzju. Intant l-artikli taw ukoll ħarsa lejn il-kultura u l-kunċerti li jsiru f’Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987