IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FLIMKIEN MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ INIEDU L-PROĠETT TAL-KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
pr1627
28/09/2009
| “Bil-proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ | qegħdin inħejju l-mexxejja ta’ għada billi noffrulhom opportunità ta’ parteċipazzjoni fil-proċess politiku. Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin qegħdin jingħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom permezz ta’ djalogu strutturat mill-Kunsill Lokali tal-lokalità tagħhom.” |
| Dan qalu is-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, waqt li nieda l-proġett tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, li qed isir flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. |
| Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ | €70,000 u hu mmirat biex joffri taħriġ fit-tmexxija liż-żgħażagħ involuti dwar: il-liġi tal-Kunsilli Lokali, kif jitfassal pjan ta’ ħidma, korsijiet dwar diskorsi fil-pubbliku, kif jittieħdu minuti ta’ laqgħa, kif tirrelata mal-pubbliku, kif ukoll taħriġ dwar l-innovazzjoni u l-kreattività. |
| Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li | l-proġett il-ġdid tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ser ikun qed jagħti opportunità lil numru akbar ta’ żgħażagħ biex ikunu ċittadini attivi billi jipparteċipaw fi proċess politiku ta’ diskussjoni u deċiżjonijiet, billi jiddiskutu dak kollu li qiegħed jaffetwa l-lokalità tagħhom f’laqgħat iddisinjati fuq is-seduti tal-Kunsilli Lokali. |
| Il-Proġett mistenni li jibda matul Novembru | ta’ din is-sena u jibqa’ sejjer sal-istess xahar, is-sena d-dieħla. |
| Clyde Puli ħabbar li l-kumitat organizzattiv | se jkun qed jagħzel tliet proposti minn Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ differenti biex jiġu ffinanzjati mill-Gvern biex jitwettqu. |
| Is-Segretarju Parlamentari, temm billi | rringrazzja l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-kollaborazzjoni tagħhom biex dan il-proġett jista’ jittella. |
| Din il-konferenza tal-aħbarijiet kienet | indirizzata wkoll minn Sean Meli, President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll minn Ann Julene Spiteri, il-koordinatriċi tal-proġett min-naħa tal-KNŻ. Huma saħqu dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ ħalli huma wkoll ikunu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-lokalitajiet tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987