Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FLIMKIEN MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ INIEDU L-PROĠETT TAL-KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1627
Date Icon 28/09/2009
“Bil-proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħqegħdin inħejju l-mexxejja ta’ għada billi noffrulhom opportunità ta’ parteċipazzjoni fil-proċess politiku. Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin qegħdin jingħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom permezz ta’ djalogu strutturat mill-Kunsill Lokali tal-lokalità tagħhom.”
Dan qalu is-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, waqt li nieda l-proġett tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, li qed isir flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’€70,000 u hu mmirat biex joffri taħriġ fit-tmexxija liż-żgħażagħ involuti dwar: il-liġi tal-Kunsilli Lokali, kif jitfassal pjan ta’ ħidma, korsijiet dwar diskorsi fil-pubbliku, kif jittieħdu minuti ta’ laqgħa, kif tirrelata mal-pubbliku, kif ukoll taħriġ dwar l-innovazzjoni u l-kreattività.
Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal lil-proġett il-ġdid tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ser ikun qed jagħti opportunità lil numru akbar ta’ żgħażagħ biex ikunu ċittadini attivi billi jipparteċipaw fi proċess politiku ta’ diskussjoni u deċiżjonijiet, billi jiddiskutu dak kollu li qiegħed jaffetwa l-lokalità tagħhom f’laqgħat iddisinjati fuq is-seduti tal-Kunsilli Lokali.
Il-Proġett mistenni li jibda matul Novembruta’ din is-sena u jibqa’ sejjer sal-istess xahar, is-sena d-dieħla.
Clyde Puli ħabbar li l-kumitat organizzattivse jkun qed jagħzel tliet proposti minn Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ differenti biex jiġu ffinanzjati mill-Gvern biex jitwettqu.
Is-Segretarju Parlamentari, temm billirringrazzja l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-kollaborazzjoni tagħhom biex dan il-proġett jista’ jittella.
Din il-konferenza tal-aħbarijiet kienetindirizzata wkoll minn Sean Meli, President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll minn Ann Julene Spiteri, il-koordinatriċi tal-proġett min-naħa tal-KNŻ. Huma saħqu dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ ħalli huma wkoll ikunu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-lokalitajiet tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow