KONSULTAZZJONI DWAR MIŻURI TAT-TRAFFIKU LI JWASSLU GĦALL-KWALITÀ TA’ ARJA AĦJAR
pr1625
28/09/2009
| Waħda mill-kawżi ta’ kwalità baxxa tal-arja | hi t-trasport. |
| It-trasport f’Malta jiddependi ħafna fuq | il-karozza privata u l-użu tat-trasport pubbliku hu anqas f’Malta milli f’ħafna pajjiżi oħra, l-aktar minħabba servizz li ma jilħaqx l-aspettattivi tal-popolazzjoni. |
| Barra minn hekk il-vetturi li jġorru l-passiġġieri | (kemm fit-trasport fuq ir-rotta u fil-bqija tat-trasport pubbliku) għandhom flotot b’etajiet kbar u għalhekk b’emissjonijiet qawwija. |
| Dan minbarra l-età tal-flotta tal-mezzi tat-trasport | tal-merkanzija li hi wkoll kbira u ma tiġġeddidx b’pass li jitqabbel tajjeb ma’ ta’ pajjiżi oħrajn. |
| Hemm ħafna raġunijiet għal dawn il-problemi, | iżda l-konsegwenzi tagħhom huma t-tniġġiż fl-arja li rridu ngħixu minnha u fiha lkoll. |
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni (MITC) qed jippubblika għal konsultazzjoni pubblika u bħala stedina għal diskussjoni u suġġerimenti mill-pubbliku programm t’inizjattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati biex jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja kkawżat mit-trasport. |
| Dan il-programm t’inizjattivi possibbli qed | jiġi ppubblikat fil-kuntest tal-inizjattiva prinċipali li ssir riforma mill-qiegħ tat-trasport pubbliku. |
| Il-Gvern jemmen li sakemm l-alternattiva | għat-trasport privat ma tkunx komda, kredibbli u konsistenti, ikun għal xejn li wieħed jixtieq biss li anqas nies jaqilbu mill-karozzi privati tagħhom għat-trasport pubbliku. |
| Il-Gvern għalhekk fil-preżent għaddej minn | proċess ta’ xiri pubbliku għal servizz għal kollox riformat tat-trasport pubbliku li fost oħrajn jinkludi tiġdid tal-flotta u t-tneħħija tal-ħafna karozzi tal-linja qodma u li jniġġżu li għandna fuq it-triq illum. |
| Iżda m’hemmx dubju li mbagħad din ir-riforma | trid tkun akkumpanjata minn inizjattivi li jtejbu l-effiċjenza tal-mobilità fuq it-triq u li l-karozzi privati jintużaw b’responsabbiltà u b’effiċjenza. |
| Dan l-abbozz ta’ pjan li qed jiġi ppubblikat | illum jirrikonoxxi li l-kwalità tal-istatistika hi inqas dettaljata u preċiża milli jkun meħtieġ biex ikun assigurat li miżuri bħal dawk suġġeriti f’dan l-abbozz ma jkollhomx konsegwenzi m’hux mextieqa fuq l-ekonomija u fuq il-kwalità tal-ħajja tal-pubbliku. |
| Hu għalhekk li fost l-aktar | kunsiderazzjonijiet prominenti tal-abbozz, hemm rikonoxxuta l-ħtieġa t’investiment fil-ġbir tal-istatistika fuq it-traffiku u t-trasport (u partikolarment l-imġiba u t-tendenzi tat-traffiku f’partijiet differenti ta’ Malta) biex kwalunkwe miżura tkun studjata bir-reqqa u mudellata fid-dettall qabel tiġi implimentata. |
| Il-Ministeru jirrikonoxxi r-riċerka u l-għajnuna | tal-Awtorità dwar it-Trasport u l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-tħejjija ta’ dan l-abozz. |
| Il-pubbliku jista’ jniżżel dan l-abbozz minn | fuq il-websajt www.mitc.gov.mt u hu mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu bl-email fuq info.mitc@gov.mt jew bil-posta Mr. John Gatt, MITC, 111 Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444 sa nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2009. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987