KOLLOX MEXA ĦARIR FIL-FTUĦ TA’ SENA SKOLASTIKA ĠDIDA
pr1624
28/09/2009
| Aktar minn 35,000 tifel u tifla l-lum bdew | jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern, numru minnhom għall-ewwel darba. Dawn ingħaqdu ma 15,785 fl-iskejjel tal-Knisja u 7.036 fi skejjel indipendenti – b’kollox aktar minn 57,250 student li rritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina, akkumpanjata mis-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, Clyde Puli u d-Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni Micheline Sciberras u Grace Grima, dal-għodu żaru tliet skejjel tal-Gvern fejn iltaqgħu ma’ tfal u għalliema u awgurawlhom sena skolastika mill-aħjar. |
| L-ewwel żjara saret fl-iskola Primarja ta’ | Pembroke fil-Kulleġġ Santa Klara li llum fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba. F’din l-iskola ġdida li swiet €4.5 miljun u tlestiet fi żmien 18-il xahar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, qed jattendu 266 tifel u tifla. |
| Il-Ministru Cristina u s-Segretarju | Parlamentari Puli kienu mdawra mal-iskola miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Skejjel ta’ Għada, Ray Fenech, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Ciappara u l-Kap tal-Iskola Cynthia Aquilina. Huma ltaqgħu u tkellmu ma’ studenti u għalliema u żaru l-klassijiet u d-diversi faċilitajiet li hemm fl-iskola l-ġdida, inkluż sala kbira li għandha aċċess minn barra l-iskola biex tkun tista’ tintuża mill-komunita’. |
| Fuq il-bejt ta’ din l-istess skola huma | setgħu jaraw turbina tar-riħ li tiġġenera enerġija elettrika kif ukoll numru kbir ta’ pannelli għall-enerġija mix-xemx. Dawn se jagħmluha faċli li l-iskola tiġġenera biżżejjed enerġija għall-ħtiġiet tagħha tal-elettriku biex ma jkollhiex bżonn tuża s-sorsi ta’ enerġija konvenzjonali. |
| Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari wara | żaru l-iskola sekondarja tal-bniet f’Bormla, parti mill-Kulleġġ Santa Margerita fejn kienu milqugħa mis-Surmast James Camilleri u l-Prinċipal Sandro Spiteri. Kellhom ukoll l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ għalliema u impjegati oħra li jagħtu sehemhom f’din l-iskola u tkellmu ma’ studenti tfajliet waqt il-ħin tar-rikreazzjoni tagħhom. Mal-mexxejja tal-iskola ddiskutew xi xogħlijiet li saru fl-iskola matul is-sajf li għadda u l-pjan ta’ ħidma għax-xhur li ġejjin. |
| L-iskola primarja tas-subien f’San Ġorġ Ħal | Qormi, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Injazju kienet it-tielet skola fejn il-Ministru Cristina u s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli ltaqgħu tkellmu ma’ studenti u għalliema. |
| Jidher li t-tħejjijiet li saru fix-xhur u l-ġimgħat | li għaddew mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, li fost affarijiet oħra kienu jinkludu arranġamenti għal madwar 700 rotta biex it-tfal jitwasslu l-iskejjel u lura lejn djarhom, taw ir-riżultati mixtieqa għax f’din l-ewwel ġurnata tas-sena skolastika, id-Direttorat ma rċieva ebda rapport dwar xi nuqqasijiet la minn skejjel u anqas minn ġenituri jew individwi. |
| Il-Ministru Dolores Cristina filwaqt li | rringrazzjat lid-Diretturi Ġenerali, Diretturi, Prinċipali u uffiċjali oħra tad-Direttorat tal-Edukazzjoni għall-ħidma li wettqu biex kollox seta’ jimxi mingħajr problemi, irringrazzjat lill-għalliema, learning support assistants u professjonisti oħra li bdew jaħdmu fl-iskejjel u awgurat lill-istudenti kollha li din tkun sena li fiha jkollhom suċċess fl-istudji tagħhom ikompli jiżviluppaw il-personalita’ tagħhom u fuq kollox ikollhom esperjenza pożittiva. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987