Left arrow Go Back

RISTRUTTURAR TAT-TAQSIMA TAL-KURA KARDJOLOĠIKA FL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX

pr1623
Date Icon 28/09/2009
Xogħlijiet li kienu għaddejjin f’dawn l-aħħarġimgħat irriżultaw f’titjib strutturali u sistemi ġodda fit-Taqsima għall-Kura Kardjoloġika fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet saru minn ħaddiema tal-isptar u oħrajn fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
L-Aġent Prim ministru u Ministru għal Għawdex,l-Onor. Giovanna Debono għamlet żjara f’din it-taqsima hekk kif dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju finali. Sar tibdil strutturali fl-aperturi, inbidel il-materjal li bih hija miksija l-art filwaqt li ġew mgħoddija sistemi ġodda ta’ ilma u misħun. Ġiet estiża u mtejba s-sistema tal-elettriku u telekomunikazzjoni li ser tfisser aktar servizzi għal pazjenti li jkunu rikoverati f’din it-taqsima. Minbarra li ser tkun imtejba s-sistema ta’ monitoraġġ tal-pazjenti permezz ta’ apparat ġdid, ġew installati servizzi li ser joffru servizzi mediċi u aċċess għall-internet, telefon u televiżjoni minn ħdejn kull sodda.
Il-ħidma involuta kienet tinkludi l-bdiltas-suffett oriġinali li kien magħmul mill-asbestos. Dan ix-xogħol jinvolvi proċedura speċifika li tinkorpora miżuri ta’ sigurtà għall-ħaddiema kif ukoll prattiċi partikolari konnessi mar-rimi ta’ dan il-materjal. B’hekk tkompliet il-ħidma biex is-suffett li kien twaħħal meta nbena dan l-isptar jiġi mibdul kompletament.
Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif id-Direttorattal-Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jikkordina ħidma indirizzata biex ittejjeb dejjem aktar is-servizzi fil-qasam tas-saħħa ġewwa Għawdex. Dan ifisser li filwaqt li jiġu mtejba servizzi eżistenti, bħal fil-każ tat-Taqsima tal-Kura Kardjoloġika, isiru wkoll proġetti ġodda li jżidu is-servizzi mediċi li jingħataw f’Għawdex. Proġetti impenjattivi li diġa’ beda x-xogħol fuqhom jinkludu t-twaqqif ta’ Taqsima tar-Radjoloġija u titjib estensiv tat-tieni sala tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn il-proġetti ser isiru b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej u l-ispiża mistennija tilħaq kważi €3,700,000. Bis-saħħa ta’ dawn il-proġetti s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex ser jiġu mtejba konsiderevolment u dan ser ikollu wkoll impatt qawwi fuq l-inkonvenjent li jgħaddu minnu pazjenti Għawdxin li bħalissa qed jingħataw dawn is-servizzi fi sptarijiet f’Malta.
Ix-xogħlijiet li saru fit-Taqsima tal-KuraKardjoloġika fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser ikunu kumplimentati minn donazzjoni ta’ apparat ġdid li nxtara mill-Gozo CCU Foundation li minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet filantropiċi b’risq din is-sala. Dan sar ukoll bħala apprezzament tas-servizzi li rċevew minn din is-sala l-fundaturi ta’ din il-fondazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow