MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FL-OKKAZJONI TAL-FTUĦ TA’ SENA SKOLASTIKA ĠDIDA
pr1620
28/09/2009
| Fil-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida, il-ħsieb | tiegħi imur lejn it-tfal u studenti tagħna, lejn l-għalliema u l-Learning Support Assistants kif ukoll l-amministraturi, lil dawk kollha li jgħinu lit-tfal fl-iskejjel u l-ġenituri. Ilkoll nawguralhom sena ta’ studju u ta’ ħidma mill-aħjar. |
| Ħafna mill-istudenti u l-għalliema rritornaw | fi skejjel isbaħ milli ħallewhom f’Ġunju li għadda. Matul is-sajf sar xogħol kbir f’aktar minn nofs l-iskejjel tagħna biex sebbaħnihom u naddafnihom biex noffru ambjent aħjar. Għal dan nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema li taw sehemhom f’din il-ħidma. |
| Din se tkun sena li matulha se nkomplu | nimplimentaw riformi li nidejna s-sena li għaddiet u wara li kkonsultajna ma’ dawk kollha interessati issa wasalna biex inpoġġuhom fis-seħħ. L-akbar riforma li se nintroduċu fil-ġimgħat li ġejjin hi dik tat-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja. Dan se nagħmluh għax irridu li t-tfal tagħna kollha jirnexxu u jkollhom ċans jimxu ‘l quddiem fl-edukazzjoni, bla skossi u mingħajr ħafna stress fuqhom, fuq il-ġenituri tagħhom u anke fuq l-għalliema. Is-sistema li se nintroduċu diġa’ tat riżultati tajbin kemm f’Malta kif ukoll barra u għandna fiduċja kbira li se tkun ta’ ġid kbir għal uliedna. Se nneħħu li “streaming” li għal ħafna snin ittimbra lit-tfal tagħna u lil dawk li s-sistema poġġiet mal-“ħżiena” ittimbrathom għal għomorhom u tlifnihom għax ma baqgħux jistudjaw. Dan kollu rridu nneħħuħ. Irridu nagħtu futur isbaħ lit-tfal tagħhna, ilkoll kemm huma. |
| Tfasslet ukoll strateġija li tagħti aktar | importanza lit-tagħlim tax-xjenza; se nkomplu ninsistu fuq il-kisba tal-ħiliet bażiċi mit-tfal kollha sa minn eta’ bikrija; qed nibdlu l-kurrikulu biex nagħmluh aktar adattat għaż-żminijiet moderni u nagħtu importanza akbar lil suġġetti oħra. Qed inkomplu ndaħħlu aktar prattiċi tajba fil-kulleġġi tagħna bl-għajnuna tal-għalliema u l-amministraturi. |
| Biex dan kollu jirnexxi rridu naħdmu lkoll | flimkien: studenti, għalliema, ġenituri u amministraturi. Il-gvern qed jagħmel il-parti tiegħu billi jkompli jinvesti bil-qawwi fl-edukazzjoni. Qed naħdmu flimkien mal-għalliema u din is-sena se jkollhom għajnuna akbar għax daħħalna għadd ta’ professjonijiet ġodda li se jikkumplimentaw il-ħidma tal-għalliema. Irridu li l-ġenituri jagħtu sehmhom billi juru interess fit-tagħlim ta’ uliedhom u jsegwuhom u jinkoraġġuhom. Irridu li t-tfal tagħna jimpenjaw ruħhom u jagħmlu mill-istudju esperjenza pjaċevoli u pożittiva. |
| Ma għandix dubju li jekk naħdmu lkoll | flimkien, din għandha tkun sena oħra ta’ suċċessi u kisbiet għal uliedna u għal pajjiżna. |
| Nawgura lil kulħadd, sena skolastika ġdida | mimlija ġid u suċċessi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987