Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1616
Date Icon 28/09/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor.  Chris Said ħabbar li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ppubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali l-ewwel Rapport għas-sena 2009, li jkopri l-perjodu Diċembru 2008 – Marzu 2009. Dan qalu waqt attività fil-Fontana Għawdex.
Ir-Rapport, li huwa l-ħamsa u erbgħin wieħedminn kemm ilhom li twaqqfu l-Kunsilli Lokali, ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
F’dan ir-rapport wieħed jista’ janalizzafid-dettal ir-riżultati tal-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2008 – Marzu 2009, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Diċembru 2007 – Marzu 2008, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2008 – Marzu 2009.
F’dan il-perjodu, id-Dipartiment spezzjona uanalizza terz tal-Kunsilli Lokali; 20 Kunsill Lokali f’ Malta u 2 f’ Għawdex.
Metatinħadem il-marka medja għal kull Kunsill Lokali fuq il-funzjonijiet kollha li kien assessjat fuqhom f’dan il-perjodu, 10 Kunsilli Lokali qabżu l-marka medja ta’ 7.  Dawn huma: Birgu, Fgura, Fontana, Għargħur, Iklin, Kirkop, Msida, Safi, Santa Luċija u Swieqi.
Tnax-il Kunsill Lokali ma qabżux il-marka ta’7.  Dawn huma Bormla, Żebbuġ Malta, Żejtun, Attard, Birkirkara, Gżira, Għaxaq, Luqa, Mosta, Pieta’, Xewkija u Mtarfa.
L-ogħla marka medja assoluta kisibha l-KunsillLokali Fontana.  Din kienet 8.91.  L-anqas marka medja kisibha l-Kunsill Lokali Mtarfa.  Din kienet 5.21.
Dinl-informazzjoni ġiet imħabbra mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, waqt żjara li għamel f’belvedere ġdid fil-Fontana, Għawdex.
Chris Said qal li l-proċess tat-tiġdidgħall-gvern lokali jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm sistema ta’ assessjar tat-twettiq tal-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – dak li bl-Ingliż jissejjaħ  ’Performance Management’. Għal dan il-għan, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-ghajnuna tas-Centre of Expertise tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-ASKLM, qed iħejju sett ta’ Performance Indicators.  L-ewwel abbozz ta’ dawn l-indikaturi gie mħejji mid-dipartiment wara li saret riċerka kemm tal-ħtiġijiet li ħarġu mill-proċess ta’ konsultazzjoni tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll wara li ġew konsultati proċessi f’pajjiżi oħra Ewropej.
Hemmil-ħsieb li għall-bidu, dawn l-indikaturi jkunu sett żghir sabiex ikun possibbli li jiġu assessjati, u li jinkludu l-aspetti dwar:

-          l-ambjent fiżiku (indafa u żvilupp)

-          it-toroq (indafa u żamma in ġenerali)

-          inizzjattivi edukattivi u kulturali

-          riżorsi umani

-          opportunitajiet indaqs

-          parteċipazzjoni taċ-ċittadin

-          finanzi

Il-klassifika kollha bil-marki medji tat-22  Kunsill Lokali assessjati bejn Diċembru 2008 – Marzu 2009 tinsab hawn taħt. Iktar informazzjoni dettaljata ta’ kif kull kunsill lokali ngħata l-punti tinsab fid-dokument anness.

BIRGU

7.00

BORMLA

5.60

ŻEBBUĠ

5.69

ŻEJTUN

6.92

ATTARD

6.00

BIRKIRKARA

6.93

FGURA

7.31

FONTANA

8.91

GŻIRA

5.90

GĦARGĦUR

7.57

GĦAXAQ

5.43

IKLIN

7.82

KIRKOP

7.25

LUQA

6.21

MOSTA

6.71

MSIDA

7.00

PIETA'

6.73

SAFI

7.36

SANTA LUĊIJA

7.00

SWIEQI

7.09

XEWKIJA

6.93

MTARFA

5.21

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow