KULL RESIDENZA GĦALL-ANZJANI LI SE TIFTAĦ, TRID TKUN DEMENTIA FRIENDLY
pr1615
27/09/2009
| Il-Kundizzjoni tad-dimenzja qed tingħata | aktar importanza. Fil-fatt kull dar għall-anzjani li se tiftaħ, trid tkun dimentia friendly eżatt bħal m’hi l-Blokka l-ġdida fir-residenza San Vinċenz De Paule. Id-Dimenzja hija kundizzjoni li tbiddel il-ħajja tal-individwu, u anke tal-familjari, u għalhekk huwa tajjeb li jkun hawn aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u | Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea, qal dan waqt l-attivita’ Memory Walk organizzata mis-Soċjeta’ Maltija dwar id-Dimenzja dalgħodu fil-Belt Valletta. |
| Sitt miljun persuna li jgħixu fl-Ewropa | għandhom id-dimenzja. Minn dawn, aktar minn 4,500 huma Maltin. Huwa stmat li dawn il-figuri se jirduppjaw fil-25 sena li ġejjijn hekk kif in-numru ta’ nies li għandhom din il-kundizzjoni qiegħed jikber b’rata mgħaġġla. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa | għalhekk li l-Gvern waqqaf kumitat apposta sabiex jevalwa s-sitwazzjoni preżenti u jagħmel serje ta’ rakkomandazzjonijiet sal-aħħar ta’ din is-sena dwar x’miżuri għandhom jittieħdu f’dan il-qasam. |
| Dr Charles Scerri, Segretarju tas-Soċjeta | Maltija dwar id-Dimenzja u Chairman tal-Kumitat Nazzjonali dwar id-Dimenzja qal li huwa mportanti li kulħadd ikun jaf xi tfisser id-dimenzja, sabiex dawk li għandhom din il-kundizzjoni jkunu jistgħu jiġu megħjuna b’mod effettiv. |
| L-Attivita’ saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji | dwar l-Alzheimer, li jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru. Il-marda tal-Alzheimer hija r-raġuni l-aktar komuni għalfejn persuna ikollu d-dimenzja. Aktar informazzjoni dwar id-dimenzja jista’ jinkiseb minn fuq is-sit www.dementia.gov.mt |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987