Left arrow Mur Lura

TĦABBRET IL-PRESIDENT’S CHARITY FUN RUN B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr1611
Date Icon 26/09/2009
Wara s-suċċesstal-kunċert ROCKESTRA l-attivita’ li jmiss hija waħda sportiva, settur għall-qalb ħafna tal-President George Abela. Is-Sinjura Margaret Abela qalet dan dalgħodu waqt konferenza fejn fiha tnehdiet il-President’s Charity Fun Run li ser issir nhar il-ħadd 6 ta’ Diċembru 2009 fl-1000 ta’ filgħodu.  Is-Sinjura Abela stiednet lil kullħadd sabiex jieħu sehem f’din l-attivita’ ta’ ġbir ta’ fondi li tagħmel ukoll part mill-kampanja tal-Istrina 2009 u fl-istess ħin nippromwovu s-saħħa.
Il-President GeorgeAbela ħabbar li l-ewwel edizzjoni tal-President’s Charity Fun Run ser tibda mill-Palazz ta’ San Anton sal-Palazz tal-Belt.  Il-President wera x-xewqa sabiex flimkien miegħu u mas-Sinjura Abela jipparteċipaw nies minn kull eta u qasam b’mod speċjali tfal u ġenituri u l-għalliema tagħhom, personalitajiet distinti u oħrajn,  ħaddiema minn kull qasam tax-xogħol, Clubs u assoċjazzjonijiet sportivi, anzjani u anke persuni b’diżabilita’ bħal wheelchair bound, b’dawn tal-aħħar jistgħu jitilqu minn ħdejn Casa Leoni, Santa Venera.   Kumpaniji, skejjel u clubs jistgħu jilbsu t-Tshirt tagħhom li jiddentifikahom minn fejn ġejjin.  Fl-aħħar tal-Fun Run se jingħata T-shirt u ċertifikat ta’ tifkira lil kull min se jipparteċipa.
Il-Presidentirringrazzja lill-l-Onor Dott. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, li kien preżenti u ħabbar l-involviment tal-Promozzjoni tas-saħħa f’din l-attivita’,  lill-Joaquim Silva Pinto, is-CEO tal-Banif Bank li qed jissaportja din l-attivita` kif ukoll lill-Malta Ameteur Athletics Association li flimkien mal-uffiċju tal-President qed torganizza din il-ġirja, l-ewwel waħda fl-għamla tagħha fuq skala nazzjonali.  Il-messaġġ finali tal-President George Abela kien li lkoll nipparteċipaw b’entużjażmu għal din l-attivita’: “Din mhux tellieqa jew kompetizzjoni imma Fun Run bi skop filantropiku u għarfjien lejn saħħa aħjar”.
Fil-bidutal-konferenza tnehdew il-logo il-ġdid tal-Istrina u l-website li hija www.l-istrina.org.
Id-dettaljital-ġirja jsegwu:

L-APPLIKAZZJONIJIET:Persuna tista’ tapplika online permezz ta’ formula li se tkun fuq dan is-sit: www.l-istrina.org, kif ukoll billi tiġbor  formula minn waħda mill-fergħat tal-Banek tal-Banif,  mill-Malta Community Chest Fund (Il-Palazz – Il-Belt), mill-uffiċċju tal-Malta Ameteur Athletics Association fil-Marsa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa.
IR-ROTTA:Il-Fun Run titlaq minn quddiem il-Palazz ta’ Sant’Anton fl-10.00am. Minn hemmhekk il-President flimkien mal-parteċipanti jinżlu lejn Triq Birbal fid-direzzjoni ta’ Triq il-Wied, Birkirkara. Minn hemm jiksru lejn Triq Fleur-de-Lys, minn ħdejn il-venda tal-karozzi tal-linja u jibqgħu sejrin lejn Santa Venera.
Kif jaslu fejn ir-roundaboutjiksru fuq ix-xellug u jkomplu lejn Triq il-Kbira San Ġużepp li twassalhom sal-Ħamrun.
Minn hemm jibqgħusejrin lejn Blata l-Bajda u l-Floriana,  minn fejn il-monument tal-Gwerra jiksru lejn Bieb il-Belt, iduru mal-funtana u jidħlu l-Belt. Hemmhekk jieqfu  għall-ftit sakemm jinġabar kullħadd wara l-President.  Lkoll flimkien b’pass ħafif jgħaddu minn Triq ir-Repubblika sakemm jaslu quddiem il-Palazz tal-President.
Dawk li ma jixtiequxjagħmlu r-rotta kollha, jistgħu jingħaqdu mal-kumplament tal-parteċipanti f’waħda minn dawn il-lokalitajiet: B’Kara, fejn il-venda tal-karozzi tal-linja -  Casa Leoni (Santa Venera) Pjazza San Pawl (il-Ħamrun), Triq Sant’Anna (Floriana) – jew Bieb il-Belt.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow