Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1609
Date Icon 26/09/2009
Il-Ministru Pullicino jipparteċipa fil-Kunsilltal-Kompetititivita’
Il-bieraħ il-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarjietRurali, George Pullicino, ipparteċipa fil-Kunsill tal-Kompetititivita’ (Riċerka). Fil-laqgħa tal-Kunsill kien hemm dibattitu dwar l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (Euroean Research Area), liema diskussjoni tat opportunita’ lill-Ministri sabiex jiddiskutu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal wara l-2010, li għaliha l-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta proposti sa kmieni fl-2010. Id-dibattitu ffoka fuq l-iżvilupp u l-innovazzjoni bbażata fuq ir-riċerka fil-perijodu wara l-2010.
Maltasaħqet fuq il-bżonn li għandu jsir aktar enfasi fuq l-effiċċjenza u l-effettivita’ tal-investimenti li jsiru f’dan il-qasam. Malta insistiet ukoll li t-tfassil tal-miri bħala ammonti assoluti jew persentaġġi definiti tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) joħloq qafas riġidu li m’huwiex  kapaċi jadatta għaċ-ċirkustanzi li jinbidlu mal-medda taż-żmien.
Waqt id-diskussjonifuq ir-Reviżjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (European Research Council), Malta insistiet li numru mir-rakkomandazzjonijiet, li saru fir-Rapport ta´ Reviżjoni li tħejja minn grupp ta´ esperti, jistgħu jiġu mplimentati fil-kuntest amministrattiv preżenti. Eżempju ta’ dan hija r-rakkomandazzjoni biex isiru bidliet fl-attivitajiet tal-proġetti skond ir-riżultati milħuqa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow