STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1609
26/09/2009
| Il-Ministru Pullicino jipparteċipa fil-Kunsill | tal-Kompetititivita’ |
| Il-bieraħ il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarjiet | Rurali, George Pullicino, ipparteċipa fil-Kunsill tal-Kompetititivita’ (Riċerka). Fil-laqgħa tal-Kunsill kien hemm dibattitu dwar l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (Euroean Research Area), liema diskussjoni tat opportunita’ lill-Ministri sabiex jiddiskutu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal wara l-2010, li għaliha l-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta proposti sa kmieni fl-2010. Id-dibattitu ffoka fuq l-iżvilupp u l-innovazzjoni bbażata fuq ir-riċerka fil-perijodu wara l-2010. |
| Malta | saħqet fuq il-bżonn li għandu jsir aktar enfasi fuq l-effiċċjenza u l-effettivita’ tal-investimenti li jsiru f’dan il-qasam. Malta insistiet ukoll li t-tfassil tal-miri bħala ammonti assoluti jew persentaġġi definiti tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) joħloq qafas riġidu li m’huwiex kapaċi jadatta għaċ-ċirkustanzi li jinbidlu mal-medda taż-żmien. |
| Waqt id-diskussjoni | fuq ir-Reviżjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (European Research Council), Malta insistiet li numru mir-rakkomandazzjonijiet, li saru fir-Rapport ta´ Reviżjoni li tħejja minn grupp ta´ esperti, jistgħu jiġu mplimentati fil-kuntest amministrattiv preżenti. Eżempju ta’ dan hija r-rakkomandazzjoni biex isiru bidliet fl-attivitajiet tal-proġetti skond ir-riżultati milħuqa. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987