Left arrow Mur Lura

INAWGURAT UFFIĊĊJU TAL-INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI FL-IMDINA

pr1608
Date Icon 26/09/2009
F’ċerimonja li saret ilbieraħfilgħaxija, is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco inawgura Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti ġdid fit-Torri tal-Istandard, f’Misraħ San Publiju fl-Imdina. Dan l-uffiċċju se jkun immexxi mill-Awtorità tat-Turizmu (MTA) flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imdina.
F’keltmejn tal-okkażjoni, Dr deMarco qal li l-Awtorità bħalissa għaddejja bi pjan sabiex tkabbar in-network ta’ dawn l-uffiċċji  f’lokalitajiet u f’żoni turistiċi u niedet diskussjonijiet ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali fejn jidhrilna li hemm bżonn tissaħħaħ il-preżenza ta’ dawn l-uffiċċji u permezz ta’ sħubija magħhom tkun tista’ toffri dan is-servizz.
Dwar il-ftuħ tal-uffiċċju fl-Imdina, is-SegretarjuParlamentari qal li minn stħarriġ tal-Awtorità, jirriżulta li l-Imdina hija t-tieni l-aktar lokalità li jżuruha turisti f’pajjiżna, b’aktar minn 70% jżuru din il-belt waqt il-btala tagħhom f’Malta. Huwa żied jgħid li l-Imdina hija wkoll l-aktar lokalità ta’ patrimonju storiku (top heritage locality) li tiġi rakkommandata minn dawk lil jżuruna lill-familja u l-ħbieb tagħhom. Dan minħabba l-varjetà ta’ attrazzjonijiet kulturali, il-mod kif inhuma ppreżentati dawn l-attrazzjonijiet kulturali, l-atmosfera ġenerali u sens ta’ akkoljenza li wiehed iħoss, u kif ukoll is-sens ta’ sigurtàu l-pjacir totali taż-żjara fil-lokalità.
“Kif wieħed jista’ jinnota, intgħażel poststrateġiku sabiex jospita dan l-uffiċċju fid-dħul tal-belt tal-Imdina u landmark prominenti fil-lokalità. Il-post magħruf bħala Torre dello Standardo jmur lura fil-bidu tas-Seklu 16 meta ħa post torri żghir ieħor. Kien jintuża biex javża lill-kumplament tal-gżira li l-għadu kien niżel l-art. Illum se jkun qed jintuża sabiex jilqa’ l-barranin,” qal Dr de Marco.
Is-Segretarju Parlamentariirringrazzja lis-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Imdina għall-ftehim li ntlaħaq mal-MTA sabiex isir dan l-uffiċċju – ftehim li jinkludi, fost l-oħrajn, li l-Kunsill jipprovdi l-bini, linja tat-telefon u x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun irranġat il-post, filwaqt li l-MTA tipprovdi l-istands, l-apparat meħtieġ u s-signage tal-post, u fuq kollox il-materjal ta’ informazzjoni.
“L-għan aħħari tagħna huwa lijkollna network estensiv u effiċjenti ta’ numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti madwar Malta u Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. B’hekk, it-turist, qiegħed fejn qiegħed, se jkollu l-opportunità li jsib post fejn jingħata l-informazzjoni, l-appoġġ u l-għajnuna li jkun jeħtieġ. – dan ukoll huwa parti importanti tal-prodott turistiku tagħna,” temm jgħid Dr de Marco.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow