INAWGURAT UFFIĊĊJU TAL-INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI FL-IMDINA
pr1608
26/09/2009
| F’ċerimonja li saret ilbieraħ | filgħaxija, is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco inawgura Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti ġdid fit-Torri tal-Istandard, f’Misraħ San Publiju fl-Imdina. Dan l-uffiċċju se jkun immexxi mill-Awtorità tat-Turizmu (MTA) flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imdina. |
| F’keltmejn tal-okkażjoni, Dr de | Marco qal li l-Awtorità bħalissa għaddejja bi pjan sabiex tkabbar in-network ta’ dawn l-uffiċċji f’lokalitajiet u f’żoni turistiċi u niedet diskussjonijiet ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali fejn jidhrilna li hemm bżonn tissaħħaħ il-preżenza ta’ dawn l-uffiċċji u permezz ta’ sħubija magħhom tkun tista’ toffri dan is-servizz. |
| Dwar il-ftuħ tal-uffiċċju fl-Imdina, is-Segretarju | Parlamentari qal li minn stħarriġ tal-Awtorità, jirriżulta li l-Imdina hija t-tieni l-aktar lokalità li jżuruha turisti f’pajjiżna, b’aktar minn 70% jżuru din il-belt waqt il-btala tagħhom f’Malta. Huwa żied jgħid li l-Imdina hija wkoll l-aktar lokalità ta’ patrimonju storiku (top heritage locality) li tiġi rakkommandata minn dawk lil jżuruna lill-familja u l-ħbieb tagħhom. Dan minħabba l-varjetà ta’ attrazzjonijiet kulturali, il-mod kif inhuma ppreżentati dawn l-attrazzjonijiet kulturali, l-atmosfera ġenerali u sens ta’ akkoljenza li wiehed iħoss, u kif ukoll is-sens ta’ sigurtàu l-pjacir totali taż-żjara fil-lokalità. |
| “Kif wieħed jista’ jinnota, intgħażel post | strateġiku sabiex jospita dan l-uffiċċju fid-dħul tal-belt tal-Imdina u landmark prominenti fil-lokalità. Il-post magħruf bħala Torre dello Standardo jmur lura fil-bidu tas-Seklu 16 meta ħa post torri żghir ieħor. Kien jintuża biex javża lill-kumplament tal-gżira li l-għadu kien niżel l-art. Illum se jkun qed jintuża sabiex jilqa’ l-barranin,” qal Dr de Marco. |
| Is-Segretarju Parlamentari | irringrazzja lis-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Imdina għall-ftehim li ntlaħaq mal-MTA sabiex isir dan l-uffiċċju – ftehim li jinkludi, fost l-oħrajn, li l-Kunsill jipprovdi l-bini, linja tat-telefon u x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun irranġat il-post, filwaqt li l-MTA tipprovdi l-istands, l-apparat meħtieġ u s-signage tal-post, u fuq kollox il-materjal ta’ informazzjoni. |
| “L-għan aħħari tagħna huwa li | jkollna network estensiv u effiċjenti ta’ numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti madwar Malta u Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. B’hekk, it-turist, qiegħed fejn qiegħed, se jkollu l-opportunità li jsib post fejn jingħata l-informazzjoni, l-appoġġ u l-għajnuna li jkun jeħtieġ. – dan ukoll huwa parti importanti tal-prodott turistiku tagħna,” temm jgħid Dr de Marco. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987