Left arrow Mur Lura

IL-KUMITAT REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX TAL-MCESD JIDDISKUTI L-“PRODOTT GHAWDXI”

pr1607
Date Icon 26/09/2009
Il-Ħamis 24 ta’ Settembru saret laqgħa plenarjaspeċjali tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD f’lukanda ewlenija f’Marsalforn.
F’din is-sessjoni twila, barral-partecipazzjoni tal-membri tal-Kumitat, gew mistiedna s-sindki kollha tal-Gzira Ghawdxija. Dan għaliex l-agenda principali tal-laqgha kienet li jiġi diskuss il-“Prodott Għawdxi”. Il-proposta oriġinali kienet ħarġet mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu li hija membru fi hdan il-Kumitat Regjonali ghal Ghawdex, sabiex kull min hu responsabli isir iktar konxju  dwar il-bzonn ta’ titjib tal-Prodott u kemm dan jista’  ikollu effett pożittiv jekk jinzamm tajjeb -  mhux biss fuq il-viżitaturi, izda anke fuq ir-residenti.
Bl-għajnuna ta’ prezentazzjoni bir-ritrattimill-membri tal-Assocjazzoni Ghawdxija tat-Turizmu, id-diskussjoni miftuħa ttrattat il-problemi li jiffaċċjaw il-Kunsilli Lokali u dawk kollha responsabbli – kif ukoll l-intoppi għall-infurzar tar-regolamenti. Ħarġu suġġerimenti għal soluzzjonijiet, flimkien ma’ riferenzi għal għajnuniet disponibbli preżentament jew li se jiżdiedu fil-ġimgħat li ġejjin.
Sar qbil ukoll li aktar ‘il quddiem tissejjaħlaqgħa oħra biex matulha jsir aggornament tax-xogholijiet li jkun saru biex jitranga l-prodott. Hija x-xewqa ta’ din il-firxa sħiħa tas-soċjeta’ Għawdxija rrapprezentata fil-kumitat  li dawn l-isforzi ma jistgħu jieqfu qatt,  sabiex inkomplu ntejjbu l-prodott Ghawdxi. Infatti ma hemmx dubju li dan il-kumitat jiġbor fih rappreżentanza wiesgha tal-Gzira Ghawdxija li gejjin mid-diversi setturi tan-negozju, volontarjat, żgħażagħ, unions u sintendi gvern lokali kif ukoll l-Ministeru għal Għawdex.
Ghal-laqgha tal-bierahattenda u ppartecipa ukoll is-Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubblika l-Onor Dr Chris Said.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow