Left arrow Mur Lura

IL-MALTA KENDO FEDERATION TORGANIZZA SEMINAR INTERNAZZJONALI F’GĦAWDEX

pr1605
Date Icon 26/09/2009
Madwar sebgħin persuna qedjipparteċipaw fl-ewwel seminar internazzjonali tal-Kendo li qed isir ġewwa Għawdex matul tmiem il-ġimgħa.  Dan is-seminar qed jitmexxa minn numru ta’ sensei ta’ fama internazzjonali u ser jinkludi wkoll kompetizzjonijiet bi gradwatorja.
Waqt sessjoni inawgurali ta’dan is-seminar saru dimostrazzjonijiet fejn ġew murija tekniki diversi ta’ dan l-isport Ġappuniż li huwa wkoll arti marzjali. Ingħatat esebizzjoni kollettiva qasira u wara nqrat ittra li ntbagħtet mill-konslu Ġappuniż f’Ruma għall-okkażjoni.
Dan is-seminar qed ikunimtella’ ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Awtorità  Maltija għat-Turiżmu. Fost mistednin li kienu ġreżenti għaċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kien hemm fost oħrajn l-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono kif ukoll l-Membru Parlamentari l-Onor. Chris Cardona flimkien ma rappreżentant tral-Kunsill Malti għall-isport.
Filwaqt li tat merħbalill-parteċipanti u l-organizzaturi ta’ dan is-seminar, l-Onor Giovanna Debono stqarret li din l-okkażjoni tolqot diversi aspetti relatati mall-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex u l-politika tal-Gvern dwar Għawdex. Fosthom hemm il-fatt li attivitajiet bħal dawn jikkorroboraw l-inizjattivi biex Għawdex jiġi reklamat bħala destinazzjoni distinta f’niċeċ partikolari bħal ma hu l-isport. Dan is-seminar jagħti wkoll saħħa lill-ħidma li saret u qegħda ssir fil-qasam sportiv f’Għawdex fejn il-faċilitajiet li huma mmirati biex itejbu servizzi u faċilitajiet lil dawk li jgħixu fil-gżira, huma wkoll għodda miżjuda biex jattiraw turiżmu b’differenza.
Dan l-avveniment mistennijkompli għaddej matul il-jiem tas-Sibt u tal-Ħadd b’kompetizzjonijiet u wirjiet minn kmieni filgħodu sa wara nofsinhar. Attrazzjoni partikolari għandha tkun attivita’ li ser issir il-Ħadd fit-3.00 ta’ wara nofisnhar fejn il-pubbliku ġenerali huwa mistieden li jipparteċipa f’lezzjonijiet prattiċi li ser jingħataw mingħajr ħlas.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow