IS-SETTUR AGRIKOLU F’GĦAWDEX JIBBENEFIKA B’MOD DIRETT MINN FONDI EWROPEJ - ŻJARA LILL-GĦAQDA TAL-PRODUTTURI GOZITANO
pr1588
24/09/2009
| Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea ssarrfet | f’investiment ikbar fil-qasam agrikolu fil-gżira Għawdxija. Diversi oqsma marbutin mal-agrikoltura bbenefikaw b’mod dirett minn fondi Ewropej u diversi operaturi f’dawn l-oqsma gawdew minn għajnuna finanzjara. Żewg azjendi f’Għawdex li qed jibbenefikaw mill-fondi huma l-għaqda tal-produtturi Gozitano u l-Gozo Cottage. |
| Waqt żjara li għamlet l-Aġent Prim Ministru u | Ministru għal Għawdex l-Onor, Giovanna Debono flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor Chris Said, fil-kumpless tal-Gozitano, setgħu jaraw l-investiment li sar minn dawn il-kumpaniji. Huma kienu akkumpanjati minn Dr. Joseph Grech li jmexxi l-Gozitano u mis-Sur Frank Xerri, direttur tal-Gozo Cottage, fejn dawn spjegaw l-investiment li sar minn dawn l-għaqdiet. |
| Permezz ta’ fondi Ewropej il-Gozo Cottage | setgħet tinvesti f’numru ta’ apparat ġdid u tagħmir ieħor biex permezz tiegħu l-kumpanija setgħet tibda tipproduċi prodott lokali ta’ kwalità. Makkinarju li nxtara kien dak relatat mal-għasir taż-żebbuġ. Permezz ta’ proġett b’għajnuna finanzjarja li tlaħħaq €100,000 mill-Fond Ewropew għall-Żvilupp Reġjonali, inxtara makkinarju li jagħsar iż-żebbuġ kif ukoll magna oħra biex iż-żejt ikun jista’ jagħsal għand il-konsumatur fi fliexken f’qisien differenti. L-Onor. Debono u l-Onor. Said setgħu jaraw il-proċess li kien għaddej hekk kif bħalissa qed jinqata’ u jiġi proċessat iż-żebbuġ li jikber f’egħlieqi madwar Għawdex. |
| L-għan ewlieni tal-għaqda tal-produtturi | Gozitano hu li tgħin lill-bdiewa f’Għawdex biex itejbu l-kwalità tal-produzzjoni tagħhom b’rispett lejn l-ambjent. Fost proġetti oħra l-Gozitano investiet f’makkinarju ġdid għall-klassifikazzjoni u ppakkjar tal-prodott agrikolu li kien jiswa madwar €145,000. |
| Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-qasam | agrikolu huwa qasam importanti għaliex jinkorpora aspetti differenti li jikkontribwixxu għall-żvilupp soċjo ekonomiku sostenibbli tal-gżira ta’ Għawdex. Huwa għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex joffri għajnuna meħtieġa anke fir-rigward ta’ pariri u taħriġ li jgħin biex il-bdiewa jkunu jistgħu jaddottaw prattiċi tajbin fit-tkabbir tal-prodotti tagħhom. Dawn il-prattiċi jħarsu l-interessi kemm tal-bdiewa nfushom kif ukoll dawk tal-konsumaturi filwaqt li jgħinu wkoll fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern dwar il-biedja u l-ambjent. Il-Ministeru għal Għawdex jgħin ukoll f’xogħlijiet infrastrutturali marbuta mall-ħtiġijiet tal-bdiewa sabiex jippermettu faċilitajiet aħjar fil-ħidma tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari, Chris Said stqarr li | bejn il-perjodu 2004-2006 iktar minn €860,000 ġew allokati għall-finanzjament ta’ 23 proġett li twettqu f’Għawdex mill-bdiewa permezz ta’ fondi strutturali. Din kienet miżura waħda biss minn numru ta’ allokazzjonijiet oħra għall-qasam agrikolu, dak tal-biedja, il-produzzjoni tal-ikel, kif ukoll l-għajnuna li ngħatat għall-ipproċessar tal-prodotti agrikoli. Dawn il-fondi għenu biex il-bdiewa jsiru aktar kompetittivi u jtejbu l-produzzjoni tagħhom, sostna s-Segretarju Parlamentari. |
| Fil-kumpless Gozitano il-Gozo Cottage | tipproduċi u tqassam fis-suq numru ta’ prodotti lokali oħrajn li jinkludu xorb alkoħoliku magħmaul mill-lumi, larinġ, mandolina u lewż morr kif ukoll ġbejniet, marmalade, melħ, u għasel. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987