L-ONOR JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITA’
pr1587
24/09/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomoija u Investiment, l-Onor Jason Azzopardi, illum jinsab fi Brussell jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’. |
| F’din il-laqgħa qed tiġi diskussa r-reviżjoni | tal-Politika dwar l-Innovazzjoni fil-Komunita’, f’dinja dejjem tinbidel. Politika li trid tkun komprensiva sabiex tindirizza l-aspetti ewlenin relatati mal-ħtieġa li jkun hemm kunċett aktar wiesa’ ta’ innovazzjoni li jinkludi l-forom kollha ta’ innovazzjoni inkluż dawk tas-servizzi u dawk soċjali u kulturali. Barra minn hekk trid tkun politika li tħares il-proċess u l-governanza li tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tat-transizzjoni u l-ekonomiji żgħar. |
| Materji oħra li se jiġu diskussi jinkludu kif | is-Suq intern jista’ jaħdem dejjem aħjar billi jiġi mtejjeb l-operat tas-suq intern u jiġu implimentati numru ta’ linji gwida li joffru informazzjoni prattika dwar opportunitajiet ta’ kummerċ bejn il-pajjiżi membri kollha. Barra minnek qed jiġi diskuss ukoll il-Proċess tal-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi li bih jitwaqqgħu x-xkiel għal kummerċ ħieles fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u ssir aktar faċli biex kumpaniji jitwaqqfu fil-pajjiżi membri kollha. |
| Jakkumpanjaw lill-Onor. Azzopardi hemm Lino | Mintoff Kap tas-Segretarjat għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet kif ukoll Anton Spiteri, Direttur għall-Affarjiet Ewropej. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987