Left arrow Mur Lura

STEDINA GĦALL-MEMORY WALK 2009

pr1586
Date Icon 24/09/2009
Fl-okkażjonital-jum dinji dwar l-Alzheimer, li jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru, is-Soċjetà Maltija dwar id-Dimenzja qed torganizza programm ta’ attivitajiet bl-iskop li twassal aktar informazzjoni dwar din il-kundizzjoni.
Il-pubbliku huwa mistieden iżur l-istand ta’informazzjoni li ser tkun fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta s-Sibt li ġej mid-9.30 ta’ filgħodu l-quddiem kif ukoll jattendi għal mixja simbolika, imsejħa Memory Walk fi triq ir-Repubblika fil-11 ta’ filgħodu.
Is-Soċjetà Maltija dwar id-Dimenzja qed tisħaqdwar l-importanza li kulħadd ikun jaf xi tfisser id-dimenzja, sabiex dawk li għandhom din il-kundizzjoni jkunu jistgħu jiġu megħjuna b’mod effettiv.  Tajjeb ukoll li familjari u ħbieb ta’ persuna li għandha d-dimenzja jkunu jafu kif jistgħu joffru din l-għajnuna, li kultant taf tkun waħda sempliċi.

6 miljun persuna li jgħixu fl-Ewropa għandhom id-dimenjza.  Minn dawn, aktar minn 4,500 huma Maltin. Il-marda tal-Alzheimer hija r-raġuni l-aktar komuni għalfejn persuna ikollu d-dimenzja.

Huwa stmat li dawn il-figuri ser jirduppjawfil-25 sena li ġejjin.
Il-kumitat dwar l-istrateġija nazzjonali dwarid-dimenzja, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, bħalissa għaddej bil-ħidma f’dan is-settur bil-għan li jipprovdi aktar informazzjoni dwar kif din il-kundizzjoni tista’ tiġi trattata aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow