L-EWWEL SEMINAR INTERNAZZJONALI TAL-KENDO SER ISIR F’GĦAWDEX
| Għawdex ser ikun qed jospita | 70 plejer tal-Kendo, li ġejjin minn tmintax-il pajjiż differenti u li ser ikunu qed jipparteċipaw fl-ewwel seminar internazzjonali tal-Kendo, organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Kendo. Is-seminar ser jittella’ bejn l-24 u s-27 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex. |
| Il-kendo jirrappreżenta l-ispirtu | tal-Ġappun u hu meqjus li jinkorpora fil-prattika aspetti kulturali bħall-etiquette, Zen, meditazzjoni spiritwali u mentali b’ħeffa u aġilità fiżika. Aktar minn 10 miljun persuna jipprattikaw il-kendo madwar id-dinja, bit-Tazza Internazzjonali tal-Kendo ssir kull tliet snin. Il-Kendo, huwa wieħed mill-eqdem arti marzjali fil-Ġappun u li kien ipprattikat mis-samurai, u bħala sport tradizzjonali, din id-dixxiplina baqgħet tiġi ppratikata bħala parti mill-kurrikulu nazzjonali fil-Ġappun. Dwar din l-arti nkitbu diversi kotba, u jiġu studjati f’għadd ta’ universitajiet madwar id-dinja. Fl-istudji tan-negozju, wieħed mill-aktar kotba popolari huwa ‘il-ktieb tal-ħames ċrieki’. |
| Dawk li jattendu ċ-ċerimonja | uffiċjali tal-ftuħ, li ser issir il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru f’11.45 a.m. għandhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-aqwa sensei, filwaqt li jsegwi program relatat li jinkludi demostrazzjoni bix-xwabel u ċerimonja tradizzjonali tat-té, ser tinqara ittra uffiċjali mibgħuta mill-Konsulat Ġappuniż ibbażat f’Ruma, li ntbagħtet bħala sinjal ta’ appoġġ għal dan l-avveniment. |
Il-Ġimgħa u s-Sibt fis-6.00 p.m. ser isiru l-kompetizzjonijiet bejn it-timijiet, imbagħad il-Ħadd fl-10.00 a.m. isiru l-klassifikazzjonijiet. Il-prattika tal-kendo bit-teknika tax-shinai u dik tax-xwabel ser issir f’ħinijiet oħra matul dawn l-erbat ijiem. Il-pubbliku ġenerali ser ikun offrut lezzjoni b’xejn, il-Ħadd 27 ta’ Settembru fit-3.00 p.m. L-iskeda ta’ dan il-programm tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt: www.kendomalta.org
| It-tema tas-seminar għal din | is-sena hija waza-geiko (il-prattika teknika). Fil-prattika teknika tal-kendo, wieħed għandu jimmira li jsaħħaħ l-abiltajiet interpersonali tiegħu u jnissel żvilupp simultanju billi jaffaċċja tensjoni estrema. |
| Hekk kif iż-żewġ plejers | jikkonfrontaw dawn is-sitwazzjonijiet, jinħoloq rispett reċiproku billi jaħdmu flimkien b’mod pożittiv li jgħin biex is-sitwazzjoni tiġi aċċettata. Dan jissejjaħ ‘ji-ta-do-kon’. Jekk persuni huma kapaċi jħaddnu dan il-kunċett ta’ rispett u konsiderazzjoni fil-prattika tal-Kendo, huwa possibbli li dawn jistgħu japplikaw l-istess karatteristiċi fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u jkunu ta’ eżempju fuq il-post tax-xogħol u fil-komunitajiet tagħhom. |
| Dan l-avveniment | internazzjonali tal-kendo huwa appoġġjat mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Kunsill Malti għall-Isport u mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. |
Għal aktar informazzjoni żur il-websajt www.kendomalta.org jew ċempel/ibgħat sms fuq 9921 6879 or 994 45817. Dħul huwa b’xejn u l-pubbliku huwa mistieden li jattendi.
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987