GĦAWDEX DESTINAZZJONI POPOLARI FI TMIEM IL-ĠIMGĦA
pr1573
22/09/2009
| Tmiem il-ġimgħa li għadda, li peress li l-festa | tal-Indipendenza ħabtet it-Tnejn kien itwal mis-soltu, ta l-opportunità lil bosta Maltin li jaqsmu l-fliegu u jqattgħu xi jiem ta’ mistrieħ f’Għawdex. Dan ħareġ ukoll minn ċifri maħruġa mill-kumpanija Gozo Channel, fejn deher biċ-ċar li bejn il-Ħamis u t-Tnejn 17 – 21 ta’ Settembru, il-vapuri tal-kumpanija ġarrew kważi 79,000 passiġġier u 20,780 vettura. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 9,000 passiġġier u 3,600 vettura fuq iċ-ċifri rreġistrati fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. |
| Dan juri li Għawdex żamm it-tradizzjoni ta’ dawn | l-aħħar snin, fejn is-suq turistiku domestiku rreġistra żieda kostanti kemm fix-xhur tas-sajf kif ukoll f’xhur anqas popolari matul is-sena. Minkejja li fil-bidu tas-sajf is-settur turistiku Għawdxi kien jidher li se jbati xi ftit minn nuqqas ta’ Maltin li jagħżlu li jitilgħu Għawdex għal btala, din is-sitwazzjoni nbidlet minn nofs Awwissu ‘l-quddiem. Nistgħu ngħidu li bosta kienu dawk il-Maltin li telgħu Għawdex f’dawn l-aħħar ġimgħat u jidher li Għawdex żamm l-attrazzjoni tiegħu anke f’dan is-suq tant importanti speċjalment f’dawn iż-żminijiet fejn is-settur turistiku internazzjonali huwa affettwat minn inċertezzi fl-ekonomiji mondjali. |
| It-titjib fl-aċċessibiltà speċjalment fl-aċċess | bil-baħar, flimkien ma’ proġetti infrastrutturali oħra li saru f’dawn l-aħħar snin, bħalma huma t-terminal tal-Imġarr u l-bini ta’ toroq arterjali, kienu wkoll effettivi biex il-gżira tkun tista’ tlaħħaq ma’ influss qawwi ta’ viżitaturi min-naħa l-oħra tal-fliegu. L-organizzazzjoni ta’ bosta attivitajiet kulturali u ta’ divertiment f’diversi rħula f’Għawdex, kienet ukoll mezz li ppromwova lil Għawdex bħala attrazzjoni valida li toffri karatteristiċi uniċi. |
| Għalkemm fi ftit ġranet oħra jispiċċaw | il-vaganzi tas-sajf u bosta familji jerġgħu lura għar-rutina tas-soltu, bosta entitajiet f’Għawdex jorganizzaw attivitajiet li jżidu mal-attrazzjonijiet naturali u uniċi tal-gżira. Il-Ministeru għal Għawdex isostni inizjattivi bħal dawn għax jemmen li minbarra li jikkontribwixxu għall-żvilupp kulturali jservu wkoll ta’ promozzjoni ħajja tal-prodott turistiku Għawdxi. Żewġ avvenimenti li misteniija jiġbdu numru kbir ta’ dilettanti huma ż-żewġ opri li se jittellgħu mis-soċjetajiet filarmoniċi tal-belt Victoria matul Ottubru. L-opra Aida ser tittella’ fit-teatru Aurora nhar is-Sibt 10 ta’ Ottubru filwaqt li fit-teatru Astra ser tiġi mtellgħa l-opra Rigoletto nhar il-Ħamis 29 u s-Sibt 31 ta’ l-istess xahar. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987