Left arrow Go Back

IMPENN MILL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ F’GĦAWDEX FAVUR IT-TAĦRIĠ U L-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL F’GĦAWDEX

pr1571
Date Icon 22/09/2009
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debonoqassmet ċertifikati lil ħamsin parteċipant li attendew b’suċċess korsijiet mtellgħa mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) f’Għawdex.  Dawn il-korsijiet kienu jinkludu taħriġ fil-Customer Care, fl-industrija tal-ospitalità, Abilitajiet Maniġerjali u ta’ Superviżjoni, kif ukoll dawk li indirizzaw l-użu tal-kompjuter b’mod partikolari dawk relatati mat-tħaddim ta’ programmi użati f’linji kummerċjali.
Dawn il-korsijiet saru permezz ta’ko-finanzjament li jaqa’ taħt il-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li jsaħħu l-abilitajiet u jiddiversifikaw il-ħiliet tal-ħaddiema jew dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol. Korsijiet bħal dawn jiġu organizzati b’temi u suġġetti li jkollhom relevanza partikolari għas-suq tax-xogħol f’Għawdex.
Waqt il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati,il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li l-Unjoni Ewropea tagħti importanza lill-iżvilupp kontinwu tal-ħaddiema speċjalment fit-taħriġ biex dawn ikunu f’pożizzjoni aħjar li jsibu x-xogħol jew ibiddlu x-xogħol tagħhom. Saħqet li huwa għalhekk li d-Direttorat tal-Affarijiet Ewropej, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, jipproponi proġetti konformi ma’ dawn l-objettivi għaliex jemmen fil-potenzjal u fil-ħila tar-riżors uman tal-gżira. Il-Ministru fakkret kif matul l-ewwel ħames snin ta’ sħubija ġew organizzati aktar minn 80 kors li għalihom ipparteċipaw aktar min 600 parteċipant Għawdxi bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex jilqa’ għall-isfidi partikolari li għandu Għawdex fil-qasam tax-xogħol.
Dawn il-korsijiet kienu mtellgħa bis-saħħa ta’għajnuna finanzjarja li tlaħħaq madwar €650,000 mill-programm ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu finanzjarju 2004-2006.  Fost dawn, madwar €300,000 intefqu f’korsijiet imtellgħa mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f’Għawdex. Din il-Korporazzjoni nediet ukoll skemi oħrajn fosthom il-Gozo Employment Aid Scheme li tħaddmet bejn l-2007 u l-2008 li permezz tagħha 264 ħaddiem sabu impjieg ma’ 94 intrapriża li sa Diċembru 2009 ser ikunu qed jirċievu għajnuna finanzjarja ta’ kważi €1,400,000. Ta’ min jgħid li 37% ta’ dawn il-ħaddiema kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. Preżentament għaddejja l-kordinazzjoni tal-Employment Aid Programme (2007-2013) li sa issa gawdew minnu 51 intrapriża li qed iħaddmu 85 ħaddiem b’għajnuna li laħħqet aktar minn €400,000.
Sadanittant, huwa maħsub li anké fil-perjodufinanzjarju 2007-2013 ser jinżammu aktar korsijiet u taħriġ bil-għan li l-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex ikomplu jissaħħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow