Stqarrija tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
pr1565
20/09/2009
| L-Oppożizzjoni ma tingћaqadx mal-Gvern | fil-ġlieda kontra l-abbużi |
| Hu gћajb li l-Oppozizzjoni tagћzel li ma | tingћaqadx mal-Gvern fil-ġlieda kontra min jabbuża. Flok jingћaqad mal-Gvern biex jiġġieled l-abbuzz, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegћed jaghmel diskorsi li bihom irewwaћ l-abbuż u jimmiżinterpreta apposta dak li qal il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. |
| Il-Gvern isostni li l-politika tiegћu hi li | jghin u jwieżen lil min ikollu bżonn l-gћajnuna, iżda fl-istess waqt ma jittollerax abbużi. Din il-politika imissha ssib l-appoġġ tal-Oppozizzjoni u mhux il-kritika miżjuda bi qlajjiet mill-Kap tal-Oppozizzjoni fi sforz biex jallarma lin-nies. |
| Din il-ġimgћa l-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li l-politika tal-Gvern hi li jinċentiva aktar lin-nies biex ikunu f’impjieg. Dan billi fost l-oћrajn ikunu offruti aktar korsijiet ta’ taћriġ; tnaqqset l-income tax fi tliet baġits wara xulxin; infetћu aktar child care centres; saru skemi biex ommijiet ikunu jistgћu jibgћatu lit-tfal f’child care centres u jibbenefikaw minn tnaqqis fl-income tax; ingћatat tnaqqis fit-taxxa lill-ommijiet li reġgћu lura fid-dinja tax-xogћol jew baqgћu jaћdmu, żdiedet iċ-children’s allowance li bdiet tingћata lit-tfal kollha filwaqt li dawk li jagћlqu l-61 sena jistgћu jibqgћu jaћdmu u jieћdu paga u pensjoni sћiћa. |
| Il-politika tal-Gvern hi li min gћandu dritt | gћall-benefiċċji u s-servizzi soċjali dawn gћandu jeћodhom. Filwaqt li jagћti l-inċentivi favur ix-xogћol u li jagћti s-servizzi soċjali lil min ikollu bżonn, il-Gvern irid li jinqata’ l-abbuż. F’dan, il-Gvern kien jistenna li jsib il-kooperazzjoni ta’ kulћadd u mhux tfixkil kif qed tipprova taghmel l-Oppożizzjoni. |
| Minbarra t-tfixkil tal-Oppożizzjoni, illum | il-Kap tal-Oppożizzjoni gћazel li jagћmel diskors li bih jipprova jallarma lir-romol, lill-pensjonanti u lil min iweġġa’ fuq il-post tax-xogћol. Din hi insensittività minn naћa tal-Oppożizzjoni li tirrikorri gћall-qlajjiet biex tallarma lin-nies. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987