L-ISKEMA TAT-TAQSIMA PROPRJETA’ TAL-GVERN ALS TITĦADDEM MINN GĦAWDEX
pr1560
18/09/2009
| Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono | flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi llum żaru l-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Artijiet f’ Għawdex waqt li kienu qed jiġu ffirmati kuntratti mill-iskema ALS (Agricultural Land Scheme), minn bdiewa Għawdxin. |
| Dan seta’ jseħħ għax sa min | April ta’ din is-sena id-Diviżjoni Proprjeta tal-Gvern bdiet taqdi ‘l bdiewa Għawdxin stess, minn ġewwa Għawdex għall-kumdita’ tagħhom. B’hekk ma tintilifx il-ġurnata tax-xogħol, u jkun hemm inqas skariġġ. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dan huwa | eżempju ieħor konkret ta’ kif il-Gvern bil-fatti qed jieħu passi biex ikun iktar viċin tal-pubbliku, u għall-kumdita’ tal-pubbliku. Jason Azzopardi qal li sa minn April ‘l hawn saru madwar 150 kuntratt, filwaqt li sa l-aħħar tas-sena huwa pprogettat li dan in-numru jirdoppja. |
| Jason Azzopardi stqarr is-sodisfazzjon tiegħu | dwar il-mod kif qed titħaddem din l-iskema minn Għawdex stess, filwaqt li faħħar id-dedikazzjoni ta’ l-istaff li huwa l-mutur wara skema li fiha kumplikazzjonijiet legali mhux żgħar. |
| Il-Ministru għal Għawdex, | l-Onor Giovanna Debono, qalet li l-fatt li 3001 jew terz mill-applikazzjonijiet kienu minn gabillotti Għawdxin, huwa xhieda wkoll tal-inizjattiva ta’ bosta Għawdxin li jibqgħu jaħdmu l-għelieqi li ilhom jinħadmu mill-familji tagħhom. |
| Il-Ministru stqarret li dan | huwa wkoll pass pozittiv fil-konfront tal-viżjoni eko-Għawdex, li tħares lejn sostenibilta’ anke fir-rigward ta’ l-ambjent rurali tal-gżira. Bosta kienu dawk il-bdiewa li komplew itejbu l-prodott agrikolu għawdxi anke billi addottaw prattiċi agrikoli tajbin anke permezz ta’ għajnuna minn skemi u programmi ko-finanzjati minn fondi Ewropej. |
| L-iskema tal-ALS kienet infetħet fis-sena 2000 u | kienet maħsuba biex dawk il-bdiewa kollha li jaħdmu art agrikola tal-Gvern iżda li mhumiex rikonoxxuti, jingħataw titlu ta’ qbiela agrikola. Din l-iskema kienet ta’ suċċess kbir tant li kienu applikaw total ta’ 9,773 applikazzjoni, u 3001 minnhom kienu minn Għawdex. |
| Mal-applikazzjoni, il-bdiewa jinħtiġilhom | jipprovdu fost l-oħrajn, affidavit li kien ilhom tal-inqas sentejn jaħdmu l-art li fuqha applikaw għaliha, pjanta tal-proprjeta’ li turi l-konfini ta’ l-art in kwistjoni, flimkien ma’ dokumenti relatati mal-applikazzjoni. |
| Din l-iskema kienet tagħti d-dritt lil dawk | il-bdiewa wkoll li kellhom titlu diġa’, jew inkella l-kirja kienet flimkien ma’ bdiewa oħra, biex b’hekk setgħu tingħatalhom kirja individwali. L-iskema tal-ALS kienet intlaqgħet tajjeb, għax tagħti titlu legali ‘l dak il-bidwi illi jaħdem l-art mingħajr ma għandu titlu fuqha. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987