DISKORS MILL-ONOR MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI TA’ L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FIL-FTUĦ TAS-SEMINAR ‘ACTIVE INCLUSION THROUGH SERVICE USER INVOLVEMENT’ ORGANIZZAT MIR-RICHMOND FOUNDATION FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA MENTALI – FLORIANA
| Terz mill-poplu | tad-dinja jbgħati minn problema ta’ saħħa mentali f’xi ħin f’sena. Għal Malta dan ifisser 130,000 persuna f’sena. |
| Għal min tinteressaħ | l-istatistika, |
| wieħed minn kull | erba’ nisa jsofru minn depression, filwaqt li fejn jidħlu l-irġiel wieħed minn kull sitta jsofru minn depression, wieħed minn kull 100 jsofru minn schizophrenia waqt li tnejn fil-mija għandhom il-kundizzjoni bi polar. |
| Minkejja dan, | hu stmat li huma biss 26% tan-nies li għandhom problema ta’ saħħa mentali li fil-fatt ifittxu l-għajnuna professjonali li jkollhom bżonn. Dan jikkonferma kemm hemm bżonn inżidu l-għarfien fuq il-problemi tas-saħħa mentali u nkomplu niġġieldu l-istigma. |
| Richmond | Foundation |
| Irrid nibda biex | nirringrazzja lir-Richmond Foundation għax-xogħol li qed tagħmel. Richmond Foundation mhix aġenzija governattiva u ma tagħmilx profitti. Ilha għal dawn l-aħħar 15-il sena toffri servizzi fil-komunità għal persuni li għandhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali. |
| L-ewwel servizz tar-Richmond | Foundation kien dak ta’ Villa Chelsea, iżda fi żmien 15-il sena l-fundazzjoni żviluppat diversi servizzi oħrajn fosthom: |
Home Support,
| Supportive | Housing Scheme, |
| Supported | Employment Programme, |
| Staff and | Organisation Support Programme, |
Floriana Hostel
Kids in Development (KIDs)
CTLC (Community Technology Learning Centre).
Dan apparti diversi inizjattivi oħra.
Waħda mill-attivitajiet prinċipali tar-Richmond Foundation hi dik li tippromwovi s-saħħa mentali fil-komunità Maltija u li tagħti informazzjoni dwar kundizzjonijiet tas-saħħa mentali. Il-fundazzjoni taħdem biex tgħin tinbidel il-mentalità tal-pubbliku billi tieħu sehem f’diversi programmi tal-media u tinforma lill-pubbliku dwar is-saħħa mentali.
Richmond Foundation taħdem ukoll biex tinfluwenza l-policy li tirrigwardja s-saħħa mentali. Ta’ dan kollu f’isem il-Gvern irrid nerġa’ nuri l-apprezzament tiegħi lir-Richmond Foundation.
L-involviment ta’ min juża s-servizzi
Il-kunċett ta’ l-involviment ta’ min juża s-servizzi hu kunċett ġdid f’pajjiżna. S’issa kien hemm enfasi kbira biex is-servizzi fil-komunità jkunu ta’ kwalità, għall-inqas mill-perspettiva ta’ min joffri dawn is-servizzi jew tal-professjonisti. Sfortunatament ftit kien hemm enfasi biex min fil-fatt juża s-servizzi jkun involut b’mod sħiħ fil-proċess kollu.
Barra minn xtutna dan il-kunċett qabad sew u dan juri li m’aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li ma tistax issir. Per eżempju, fl-Ingilterra persuni li jużaw is-servizzi saħansitra jgħinu fl-istess edukazzjoni tal-professjonisti li jagħtu s-servizz. L-idea li l-professjonist jaf kollox u jiddeċiedi hu f’isem il-klijent hija idea antika li llum spiċċa żmienha.
Il-kunċett modern hu “mhux naħdmu għalihom iżda naħdmu magħhom”. Li rrid infisser b’din il-frażi hu li fl-aħħar mill-aħħar il-persuni li jirċievu s-servizz għandhom ħafna x’jagħtu wkoll. Din titlob bidla fl-attitudni fejn mhix aktar kwistjoni ta’ ‘aħna’ u ‘huma’, iżda fejn il-professjonista jidħol f’kollaborazzjoni u koperazzjoni ma’ min qed jirċievi s-servizzi. Meta xi ħadd joffri servizz ma jfissirx li hu aħjar jew f’pożizzjoni għola minn ħaddieħor, iżda qiegħed hemm biex iservi u jagħti servizz. Min qed jagħti s-servizz irid ukoll jisma’ u jagħti ċans lil min qed juża dak is-servizz biex isemma’ leħnu u jinfluwenza l-istess servizz li qed juża. F’kelma waħda rridu nżarmaw il-mentalità paternalistika li sfortunatament aħna l-professjonisti għandna ħabta nadottaw fil-konfront tal-klijenti tagħna. Ippermettuli nerġa’ nsostni “mhux naħdmu għalihom iżda naħdmu magħhom”.
Meta l-persuni jkunu verament involuti fid-deċiżjonijiet li jolqtu lilhom, ħadd ma jħossu eskluż u allura hemm inqas ċans li jkun hemm reżistenza. Fl-aħħar mill-aħħar dawk li jirċievu s-servizzi jmorru aħjar. L-inkulżjoni tal-klijenti tgħolli l-istima ta’ min juża s-servizz u aktar hemm ċans li jkun hemm suċċess. Fl-aħħar mill-aħħar meta ninvolvu l-klijenti fil-proċess inkunu qed ngħinu biex il-klijenti tagħna jħossuhom stmati. Ma ninsewx li aħna nagħtu ħafna lill-klijenti tagħna, imma nieħdu lura ħafna wkoll. Kull klijent li niltaqgħu miegħu qed iħallilna xi ħaġa. Tagħlima ġdida. Tbissima, kultant imqar il-kelma ‘Grazzi’. Kull klijent hu tabilħaqq esperjenza.
Stigma
Tajjeb ngħid li meta l-persuni li jużaw is-servizzi jkunu nvoluti b’mod dirett, inkunu qed ngħinu wkoll biex tonqos l-istigma. Irrid nirrikonoxxi li l-istigma naqset tul dawn l-aħħar snin u l-pubbliku sar aktar konxju li bħal ma hawn min jimrad b’attakk tal-qalb jista’ wkoll jimrad bi problemi ta’ saħħa mentali. Minkejja l-progress li sar u qed isir grazzi għall-isforzi ta’ ħafna, il-problema ta’ l-istigma għadha hemm. Dan hu aktar veru f’pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn kulħadd jaf lil kulħadd.
Sfortunatament l-istigma hi realtà li għadha taffettwa ħażin lill-persuni li jbagħtu minn problemi ta’ saħħa mentali u anke lill-qraba tagħhom.
Din hi sfida għalina lkoll! Hawn irrid ngħid kelmtejn lill-ġurnalisti kollha tagħna, huma min huma u jirrapreżentaw liema sezzjoni tal-media. Żdid l-interess ġenwin tal-ġurnalisti fuq il-problemi ta’ saħħa mentali. Imma irrid nerġa’ nagħmel l-appell lill-ġurnalisti biex jidħlu partners magħna biex flimkien inkomplu nikkumbattu l-istigma. Ilkoll irridu noqgħodu attenti xi kliem nużaw, l-ewwel wieħed jien tafux, (dak miġnun, dik tajba għall-frankuni, dak m’aħniex). Il-media fil-fatt tista’ tagħmel ħafna billi tagħti spazju għal ħafna stejjer ta’ suċċess fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali. Mhux il-qasam tal-mard tal-qalb jew tal-mediċina jew tal-kirurġija biss ikollhom l-istejjer ta’ suċċess. Anki fil-qasam tal-psikjatrija jkollna ħafna stejjer ta’ suċċess. Stejjer ta’ persuni li minkejja li kellhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali, irnexxielhom jibdlu dawn id-diffikultajiet fi sfida u kibru minn dik l-esperjenza, tgħallmu minnha u llum qed jagħtu s-sehem tagħhom b’mod attiv.
Hostel għan-Nisa
Jekk tħares lejn dawn l-aħħar 15-il sena li Richmond Foundation għandha warajha, storja ta’ suċċess. Biss naf li Richmond Foundation mhux se tieqaf hawn. Ir-Richmond Foundation trid tkompli tiżviluppa s-servizzi tagħha u tindirizza dawk il-persuni li forsi s’issa l-bżonnijiet tagħhom għadhom mhux qed jintlaħqu. Naf li l-fundazzjoni bħalissa qed taħseb biex eventwalment tiftaħ hostel għan-nisa. Dan is-servizz ikun jista’ jagħti servizz lil nisa li jkollhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali u b’hekk naħdmu magħhom biex jgħixu fil-komunità. Jien f’isem il-Gvern nemmen u nappoġġja dan il-proġett u sa fejn ikun possibbli lest noffri kull għajnuna. Ejja naħdmu flimkien biex fiż-żmien li ġej ikollna din il-hostel tan-nisa u tkun suċċess bħal dawk fejn hemm l-irġiel.
Konklużjoni
| Biex nagħlaq irrid | insellem lill-persuni kollha bi problemi ta’ saħħa mentali. Imma ippermettuli nieħu din l-okkażjoni biex insellem ukoll lil dawk kollha li jaħdmu mal-klijenti bi problemi ta’ saħħa mentali. Grazzi mill-qalb lil kull wieħed u waħda minnkom talli qed tmissu l-ħajja ta’ tant u tant nies. Grazzi lilkom kemm jekk qed taħdmu l-Mount Carmel Hospital jew ir-Richmond Foundation jew x’imkien ieħor. Tabilħaqq qed tagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna. |
| Fuq kollox grazzi | lilkom li dalgħodu għażiltu li tattendu għal-dan is-seminar. Il-fatt li ġejtu hawn qed twasslu messaġġ ċar. Ifisser li intom jimpurtakom. Ifisser li intom tagħtu każ. U tagħtu każ bis-serjetà. Intom in-nies li fis-skiet qed tagħmlu d-differenza. |
| Grazzi ta’ l-impenn | tagħkom f’dan il-qasam. Jekk jogħġobkom komplu agħtu sehemkom. Għad għandna bżonnkom. |
Grazzi ħafna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979