Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JŻUR IX-XOGĦLIJIET LI QED ISIRU FUQ IT-TIENI FAŻI TAL-IMPJANT TA’ SANT’ ANTNIN

pr1463
Date Icon 09/10/2008
Dalgħodul-Ministru Pullicino żar l-impjant ta’ Sant’Antnin jumejn biss wara li il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma laqgħax petizzjoni li saret mill-Front Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin. Flimkien miegħu kien hemm preżenti l-Inġinier Vince Magri, Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Malta Ltd, fejn spjega kif taħdem il-Faċilita’ għall-Irkupru ta’ Materjal Riċiklabbli li bdiet topera fi Frar li għadda. Il-Ministru Pullicino fakkar li dan l-impjant sar wara perijodu ta’ kwazi 3 snin u nofs diskussjonijiet, studji u konsultazzjonijiet u fil-21 ta’ Diċembru 2006 inħareg il-Full Development Permit għall-bini tal-impjant. Ix-xogħlijiet fis-sit kienu bdew f’April 2007, biż-żarmar ta’ parti mit-tinda, u t-tħammil tal-materjal.
Il-Minsitru Pullicino filwaqt li fakkar li l-upgradingtal-impjant ta’ Sant’Antnin se jiswa total ta’ madwar 22.6 Miljun Ewro, li 70% minnhom ġew iffinanzjati mill-Fond ta’ Koezjoni tal-Unjoni Ewropea, qal li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fit-tieni parti dan l-impjant, li tinkludi Impjant għat-Trattament Mekkaniku u Biodigester, diġa’ tlestew madwar 60% tax-xogħlijiet. Din il-parti tal-impjant se jkollha kapaċita’ massima ta’ 35,000 tunnellata fis-sena, u se taċċetta primarjament l-iskart iġġenerat min-nofsinhar ta’ Malta. B’hekk inkunu nistgħu nibdew il-proċess li bieh ser noħolqu l-enerġija u nagħmlu l-kompost mill-iskart.
Fil-parti lidiġa’ bdiet topera, li hija l-Faċilita’ għall-Irkupru ta’ Materjal Riċiklabbli, il-Ministru Pullicino qal li din is-sena sa issa diġa’ nġabru aktar minn 5,800 tunnellata ta’ skart riċiklabbli. Infatti, mill-Bring-In Sites din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru nġabru 2,978 tunnellata filwaqt li mill-Irriċikla t-Tlieta (fi 22 ġimgħa – minn Mejju meta bdiet sal-aħħar ta’ Settembru) nġabru 2,829 tunnellata. Dan jawgura tajjeb meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, fejn bil-Bring-In Sites biss f’sena sħiħa, fl-2006 nġabar 2,255 tunnellata u fl-2007 nġabar 2,810 tunnellata. Fi kliem ieħor, l-iskart riċiklabbli li nġabar din is-sena s’issa diġa’ huwa id-doppju tas-sena l-oħra.
Il-MinistruPullicino saħaq li għalkemm f’pajjiżna għamilna avvanzi kbar fejn jidħlu l-engineered landfills, u għalaqna l-miżbliet kollha mhux ikkontrollati, iż-żmien li wieħed jaħzen l-iskart li jiġbor mid-djar f’engineered landfills għad issir xi ħaġa tal-imgħoddi wkoll. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’mod jew iehor, billi jiġi rriċiklat, tinħoloq l-enerġija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Il-bqija biss, dak li ma jkollniex għazla fuqu jew ir-residwi, jiġi inċinerat jew inkella jmur fl-engineered landfills.
Il-Gvern jemmenbis-saħħa kollha li l-iskart huwa riżors u għalhekk għandu jkun hawn faċilitajiet moderni għall-immaniġġjar tal-iskart sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont ta’ skart li jmur fil-landfill. Dan ifisser li l-iskart li qed jinġabar mill-Bring-In Sites u mill-Irricikla t-Tlieta, li jinkludi plastik, metall, karta u kartun (u ħġieġ mill-Bring-In Sites biss), ser jiġi rriċiklat, trattat jew inkella esportat skond il-każ temm jgħid il-Ministru Pullicino.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow