Left arrow Mur Lura

Kors għall-Anzjani f’Għawdex

pr1455
Date Icon 09/10/2008
Għal sena oħra f’Għawdex qed jerġa’ jiġi offrutkors għall-anzjani għas-sena akkademika 2008-2009, li għalih jistgħu jattendu Għawdxin li għandhom sittin sena jew aktar.
Il-lezzjonijiet se jsiru fiċ-Ċentru ta’ Matulil-Jum għall-Anzjani f’Għajnsielem  u darba kull erba’ ġimgħat fiċ-Ċentru ta’ l-Università  f’Għawdex. Dan il-kors, li se jibqa’ għaddej sa l-aħħar ġimgħa ta’ Mejju, se jkun imqassam f’żewġ semestri, bis-suġġetti mgħallma jinkludu l-introduzzjoni għax-xjenza politika, il-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-liġi komunitarja, kif ukoll ħjiel dwar il-ħajja monastika.
Dan il-kors ta’ l-Università tat-Tielet Età(U3E) se jibda’ nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru, b’quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet tax-Xagħra, Rev. Mons. Carmelo Refalo.
Dan il-kors qed jiġi kkordinat mis-Sezzjonigħall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali fid-Dipartiment tal-Customer Services  fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Din is-sezzjoni toffri wkoll għajnuna lill-anzjani fid-djar tagħhom, ċentri ta’ matul il-jum, kif ukoll is-servizzi tal-‘meals-on-wheels’ u l-‘handyman service’. Dawn is-servizzi jiffaċilitaw il-ħajja għal ħafna anzjani Għawdxin biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajja normali fi ħdan il-komunità tagħhom.
Għal aktar informazzjoni wieħedjista’ jċempel f’dan l-uffiċċju fuq 21563043.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow