Left arrow Mur Lura

L-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, JITLAQ MINN MALTA LEJN L-ISTATI UNITI

pr1454
Date Icon 09/10/2008
Illum is-Segretarju Parlamentari fil-Ministerutal-Finanzi l-Onor. Jason Azzopardi jitlaq lejn Washington biex jirrappreżenta lil Malta fl-Istati Uniti.
Waqtiż-żjara tiegħu huwa ser jattendi numru ta’ laqgħat, fosthom il-Laqgħa Annwali tal-International Monetary Fund u l-World Bank Group fejn jiġu diskussi l-iżvilupp ekonomiku, u s-sitwazzjoni Ekonomika Dinjija.  Għal din il-laqgħa li għaliha jattendu ukoll il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali minn madwar id-dinja, ser tattendi delegazzjoni minn Malta li tinkludi l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Michael Bonello.
DrAzzopardi ser jattendi ukoll laqgħa tal-iSmall States Network for Economic Development, f’liema forum Malta għandha l-irwol ta’ founder member. Għal din il-laqgħa ser jagħmel preżentazzjoni l-Professur Lino Briguglio bħala ċ-chairman tal-Board of Trustees tal-istess forum.
Jakkumpanja lil Dr Azzopardi ser ikun hemm LinoMintoff Head of Secretariat, Erarji Pubbliċi u Artijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow