STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-ONOR. TONIO FENECH, MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR IS-SITWAZZJONI FINANZJARJA INTERNAZZJONALI – VALLETTA, 8 TA’ OTTUBRU 2008
pr1450
08/10/2008
| Il-sitwazzjoni mħawwda preżenti fis-swieq | finanzjarji bdiet minħabba problemi ta’ finanzjament marbuta ma’ self sub-prime (mhux ta’ kwalità) fuq xiri ta’ djar fl-Istati Uniti. Dan wassal għall-problemi kbar f’uħud mill-akbar istituzzjonijiet finanzjarji importanti f’dak il-pajjiż, inkluż il-falliment tal-Lehmann Brothers li kellu effett devastanti fuq is-suq kif ukoll fuq il-fiduċja fost l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. |
| Sadanittant, il-problema żviluppat fi kriżi ta’ | nuqqas ta’ fiduċja fis-sistema. Din il-problema nfirxet malajr f’ċentri finanzjarji oħra. Preżentement, is-sitwazzjoni hija waħda fejn is-swieq monetarji fejn banek isellfu lil xulxin, mhux qed jaħdmu kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Ewropa. Din il-problema tirrappreżenta theddida għal ħafna banek minħabba li ma jkollhomx aċċess immedjat għal-likwidità permezz ta’ dan metodu tradizzjonali ta’ finanzjament u allura, kulma jmur, qed ikollhom aktar diffikultà biex jiffinanzjaw l-obbligi tagħhom fis-suq. |
| Bħala reazzjoni għal dawn l-avvenimenti, il-Bank | Ċentrali Ewropew u banek ċentrali oħra għamlu sforzi straordinarji biex jindirizzaw din il-problema billi offrew likwidità prattikament illimitata kuljum kemm fl-ewro kif ukoll fid-dollaru Amerikan lis-swieq finanzjarji . Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa sehem f’dan l-isforz flimkien mal-banek ċentrali l-oħra kollha ta’ l-Ewrosistema, għalkemm jidher li prattikament il-banek Maltin ma kellhomx bżonn jagħmlu użu minn dawn il-faċilitijiet. |
| Żvilupp ieħor importanti fil-politika monetarja | kienet l-azzjoni monetarja koordinata li ttieħdet illum mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali fl-Istati Uniti, l-Ingilterra, il-Ġappun, il-Kanada, l-Iżvizzera u l-Iżvezja. Permezz ta’ din l-azzjoni, tnaqqsu r-rati uffiċjali tal-imgħax rispettivi tagħhom b’50 punt perċentwali. |
| Is-serjetà tal-kriżi preżenti tat ukoll lok għal | sforż koordinat mill-Gvernijiet tal-UE biex jerġgħu jagħtu fiduċja fis-sistema bankarja tal-Ewropa. Fuq livell Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi, l-ECOFIN, li fih ipparteċipajt fis-7 ta’ Ottubru ħa deċiżjonijiet u obbliga ruħu b’mod speċifiku sabiex jerġa’ jagħti fiduċja fis-sistema u jiżgura li s-swieq finanzjarji jerġgħu jiġu għan-normal. B’mod partikolari, il-gvernijiet tas-27 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex itejbu l-istabbilità tas-sistema bankarja inkluż li jagħtu appoġġ dirett lill-istituzzjonijiet finanzjarji sistematiċi u biex iħarsu d-depożiti tad-depożitanti individwali. F’dan ir-rigward, ittieħdet id-deċizzjoni li għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas sena, nipprovdu garanzija lill-individwi ta’ protezzjoni għal depożiti għal ammont ta’ mhux inqas minn 50,000 Ewro. |
| Fuq livell nazzjonali, ittieħdu miżuri | mill-pajjiżi individwali biex isaħħu is-sistemi bankarji. Dawn jinkludu skemi biex isaħħu l-kapital ta’ wħud mill-banek li sofrew minħabba riżultat ta’ telf fl-assi li kellhom jew minħabba nuqqas ta’ fiduċja mid-depożitanti. |
| Il-Gvern u l-Bank Ċentrali ta’ Malta kienu | involuti ħafna fid-deċiżjonijiet koordinati li għadhom kif ġew spjegati hawn fuq. Iżda tajjeb nenfasizza li l-banek Maltin li huma fdati bit-tfaddil u d-depożiti tal-Maltin mhumiex għaddejjin mid-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom banek f’pajjiżi oħra. B’mod partikolari, il-banek Maltin m’għandhomx problemi ta’ finanzjament b’riżultat tal-iffriżar tas-swieq monetarji internazzjonali. Il-banek f’Malta ma jisselfux mis-swieq internazzjonali sabiex ikollhom minn fejn isellfu u, għaldaqstant, m’għandhomx il-problemi ta’ likwidità li qed ikollhom banek f’xi pajjiżi oħra. L-akbar sors ta’ fondi għal banek f’Malta huma d-depożiti tal-klijenti taghhom. Sa l-aħħar ta’ Awwissu, id-depożiti minn residenti f’Malta kienu jlaħħqu t-8.5 biljun ewro, li jammontaw għal darba u nofs il-Prodott Gross Domestiku ta’ Malta. Mill-aħħar tal-2007, dawn id-depożiti żdiedu b’158 miljun ewro. Barra minn hekk, il-banek tagħna m’għandhomx titoli asset backed securities li kkawżaw tant ħsara lill-banek barranin u li huma l-kawża primarja tat-taħwid li hemm fis-swieq internazzjonali. |
| Il-Bank Centrali ta’ Malta u l-Awtorità | għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta kienu kontinwament f’kuntatt mas-suq hekk kif kien hemm l-ewwel sinjali ta’ dan it-taħwid, u kienu qed isegwu x’inhu jiġri fil-banek sabiex jaraw kienx hemm xi problemi li jitolbu għal azzjoni immedjata. Sallum ma kienx hemm sinjali ta’ diffikultajiet f’dawn il-banek. Fil-fatt, is-sitwazzjoni llum hija dik kif ikkonfermata mill-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF, f’Ġunju li għadda, u ċioe li l-banek tagħna għandhom kapital tajjeb, għandhom ratio għoli ta’ likwidità u għandhom portfolios li huma diversifikati. |
| Aħna nifhmu li l-problemi li qed jolqtu s-swieq | finanzjarji bħalissa u l-impatt fuq il-prezzijiet ta’ ħafna assi u titoli jistgħu ikollhom effett negattiv fuq il-portfolios tal-investimenti ta’ xi banek individwali. Dan jista’ jirriżulta li dawn jiddikjaraw profitti anqas għal din is-sena iżda, kif diġà għidt, il-banek tagħna għandhom kapital suffiċjenti biex ikampaw f’din is-sitwazzjoni. |
| Il-Ftehim milħuq ilbieraħ mis-27 pajjiż | jistabbilixxi parametri li fihom għandha tingħata rispons f’waqtha f’każ li tinqala’ kriżi fi Stat Membru. |
| Il-Gvern irid jenfasizza li minn assessment | dettaljata li għamilna tal-pożizzjoni tal-banek tagħna, l-istituzzjonijiet tagħna huma sodi, għandhom likwidità suffiċjenti u kapitalizzati adegwatament. |
| Madankollu, jekk tinqala’ xi problema | fl-istituzzjonijiet finanzjarji lokali, il-Gvern irid jassigura lid-depożitanti kollha li se jintervieni kif meħtieġ biex jappoġġja dik l-istituzzjoni f’dak kollu li hemm bżonn biex tkun sostnuta l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. |
| Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu | r-rikapitalizzazzjoni, garanziji bankarji jew mod oħra meqjusa bħala opportuni fis-sitwazzjoni. L-ECOFIN qabel dwar numru ta’ prinċipji li l-azzjonijiet għandhom jittieħdu b’konformità magħhom. |
| Il-fiduċja tad-depożitanti fis-sistema bankarja | tagħna tibqa’ kruċjali u għalhekk qbilna flimkien mal-Ministri l-oħra tal-ECOFIN li nsaħħu s-safety net provduta lid-depożitaturi billi ngħollu l-livell ta’ protezzjoni minn € 20,000 għal € 100,000 b’effett immedjat. Nenfasizza li din id-deċiżjoni ma ħadnihiex għaliex hemm xi dubji fuq is-saħħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna iżda b’konformità ma’ numru ta’ stati ġirien u biex niżguraw li d-depożitant Malti jkollu l-istess livell ta’ protezzjoni bħal fi Stati Membri oħra tal-UE. |
| Aktar minn hekk, kif diġà għedt, irridu nibqgħu | attenti u għalhekk il-Gvern hu impenjat biex jiżgura l-istabbiltà tal-banek f’Malta. |
| Fl-aħħarnett, nenfasizza li f’mumenti bħal dawn | huwa vitali li tinzamm il-fiduċja fil-banek tagħna u fl-istituzzjonijiet li jirregolawhom. Jiena konvint li ma hemmx għalfejn wieħed jallarma ruħu, mhux biss għax il-banek tagħna jitmexxew fuq bażi soda, iżda wkoll sforz l-impenn qawwi li għandha favur il-protezzjoni tad-depożitanti. |
Konklużjoni
1. L-istituzzjonijiet finanzjarji f’pajjiżna huma b’saħħithom u għadhom is-saħħa finanzjarja kemm f’assi kif ukoll likwidità.
2. Biex inserrħu moħħ in-nies qed ngħollu d-deposit protection scheme għal €100,000.
3. Jekk f’ċirkustanzi straodinarji xi bank f’pajjiżna jkollu xi diffikultà, il-Gvern ser jintervieni kif ikun meħtieġ biex jipproteġi l-istituzzjonijiet finanzjarji u d-depożitanti.
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979