DEĊIŻJONI LI TKOMPLI TIKKONFERMA LI L-GVERN OSSERVA L-LIĠIJIET EWROPEJ FL-IMMODERNIZZAR TAL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN
pr1449
08/10/2008
| Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament | Ewropew ilbieraħ ma laqgħax petizzjoni li saret mill-Front Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet qal li l-awtoritajiet Maltin osservaw il-liġijiet Ewropej tul il-proċess kollu tal-immodernizzar tal-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin. Dan kien ikkonfermat ukoll minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea li attenda għal din il-laqgħa. |
| Din hija konferma oħra li l-immodernizzar | tal-impjant ta’ riċiklaġġ huwa proġett li minnu se jibbenefikaw l-ewwel nett, ir-residenti ta’ Wied il-Għajn, il-poplu kollu, il-pajjiż u l-ambjent inġenerali. |
| L-ewwel fażi tiegħu, li issa tlestiet, | wasslet biex il-pajjiz seta’ jintroduċi skemi ġodda ta’ ġbir separat ta’ skart, bħalma hi l-kampanja tant popolari ta’ Irriċikla t-Tlieta. Inutli li pajjiżna jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-iskart jekk ma jkollniex fejn nitrattawh. Din id-deċiżjoni tal-bieraħ tikkonferma wkoll is-serjetà li mexa biha l-Gvern f’dan il-proġett. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali jtenni l-appell tiegħu biex kull kritika li ssir tkun waħda bbażata fuq fatti u fuq kollox tkun oġġettiva. Għandu jkun żgurat ukoll li l-politika partiġġjana titħalla barra mid-dibatittu tant importanti ta’ fejn pajjiżna għandu jagħmel il-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart u faċilitajiet oħra li dan il-pajjiż għandu bżonn. |
| Din id-deċiżjoni tal-Kumitat | tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tikkonferma kemm kien ġust u korrett il-Gvern tul il-perijodu tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-iżvilupp minkejja li l-istess Gvern kien safa taħt il-mira ta’ nies li għall-interessi personali jew interessi politiċi partiġġjani ppruvaw jisfrattaw dan il-proġett ta’ fejda għal pajjiżna. Ta’ min ifakkar li matul dan iż-żmien kien hemm anke wegħdi ta’ ħidma biex jiġu ffriżati l-flus tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979