Left arrow Go Back

DEĊIŻJONI LI TKOMPLI TIKKONFERMA LI L-GVERN OSSERVA L-LIĠIJIET EWROPEJ FL-IMMODERNIZZAR TAL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN

pr1449
Date Icon 08/10/2008
Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-ParlamentEwropew ilbieraħ ma laqgħax petizzjoni li saret mill-Front Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet qal li l-awtoritajiet Maltin osservaw il-liġijiet Ewropej tul il-proċess kollu tal-immodernizzar tal-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin. Dan kien ikkonfermat ukoll minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea li attenda għal din il-laqgħa.
Din hija konferma oħra li l-immodernizzartal-impjant ta’ riċiklaġġ huwa proġett li minnu se jibbenefikaw l-ewwel nett, ir-residenti ta’ Wied il-Għajn, il-poplu kollu, il-pajjiż u l-ambjent inġenerali.
L-ewwel fażi tiegħu, li issa tlestiet,wasslet biex il-pajjiz seta’ jintroduċi skemi ġodda ta’ ġbir separat ta’ skart, bħalma hi l-kampanja tant popolari ta’ Irriċikla t-Tlieta. Inutli li pajjiżna jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-iskart jekk ma jkollniex fejn nitrattawh. Din id-deċiżjoni tal-bieraħ tikkonferma wkoll is-serjetà li mexa biha l-Gvern f’dan il-proġett.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali jtenni l-appell tiegħu biex kull kritika li ssir tkun waħda bbażata fuq fatti u fuq kollox tkun oġġettiva. Għandu jkun żgurat ukoll li l-politika partiġġjana titħalla barra mid-dibatittu tant importanti ta’ fejn pajjiżna għandu jagħmel il-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart u faċilitajiet oħra li dan il-pajjiż għandu bżonn.
Din id-deċiżjoni tal-Kumitattal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tikkonferma kemm kien ġust u korrett il-Gvern tul il-perijodu tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-iżvilupp minkejja li l-istess Gvern kien safa taħt il-mira ta’ nies li għall-interessi personali jew interessi politiċi partiġġjani ppruvaw jisfrattaw dan il-proġett ta’ fejda għal pajjiżna. Ta’ min ifakkar li matul dan iż-żmien kien hemm anke wegħdi ta’ ħidma biex jiġu ffriżati l-flus tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow