Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ PASSAPORTI BIOMETRIĊI B’SISTEMA LI TOFFRI AKTAR SIGURTA’

pr1448
Date Icon 08/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni Austin Gatt illum segwa l-proċess tal-ħruġ ta’ passaporti biometriċi; sistema ġdida li toffri aktar sigurta’ għal min ikun qiegħed jivvjaġġa, u li tnediet uffiċjalment fl-1 ta’ Ottubru li għadda b’investiment ta’ €12-il miljun.
Waqtiż-żjara fl-Uffiċċju tal-Passaporti, il-Ministru Austin Gatt spjega li din is-sistema l-ġdida qed iġġib bidla radikali fid-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar minħabba li dawn jinkludu wkoll dokumentazzjoni elettronika. Kull passaport biometriku jinkludi komponent elettroniku żgħir li fih l-informazzjoni biometrika, inkluż kopja tal-wiċċ ta’ min ikun ħareġ f’ismu l-passaport. Fil-futur, dan il-komponent elettroniku se jkun jinkludi wkoll marka tas-swaba.
Il-Ministru Austin Gatt qal li l-informazzjonibiometrika m’hi xejn għajr  verżjoni ta’ informazzjoni elettronika li minnha nnifisha toffri sistema ta’ sigurta’ milli tkun imbagħbsa jew iffalsifikata. “Il-passaporti l-ġodda Maltin huma konformi ma’ l-aħħar teknoloġija, u dan jassigura li tkun tista’ ssir il-verifikazzjoni biometrika mill-uffiċjali ta’ l-immigrazzjoni, inkluż ukoll li jiġi verifikat li r-ritratt fil-passaport ikun tassew ta’ dak l-individwu li jkun ippreżenta d-dokument.”
Il-Ministru Austin Gatt qal li l-ħruġtal-passaporti biometriċi jagħmilha wkoll possibbli li ċittadini Maltin igawdu mill-US Visa Waiver Programme li l-Gvern Malti applika biex jagħmel parti minnu. Hu żied li dan l-aħħar sar ukoll eżerċizzju ta’ awditjar minn grupp ta’ esperti Amerikani biex jaraw li l-proċess li jitħaddem f’Malta, jissodisfax il-kriterji tal-Visa Waiver Programme Amerikan.
Waqtil-konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Gatt qal li għalkemm għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid x’inhuma l-konklużjonijiet, l-ewwel reazzjonijiet li rċevejna huma pożittivi. “La darba, pajjiżna jkun aċċettat, ċittadini Maltin ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti mingħajr il-bżonn li japplikaw għall-Visa.
Il-Ministru Austin Gatt filwaqt li rreferagħall-investiment kapitali ta’ madwar €12-il miljun biex bdiet titħaddem din is-sistema kollha, qal li l-ispiża ta’ kull passaport biometriku qabel ma jiġi personalizzat hi ta’ €28.5 minn dak preċedenti li kien jiswa’ €3.02.
Huqal li l-Gvern kellu jirrevedi t-tariffi għal kull passaport ġdid li jinħareġ (ara informazzjoni aktar ‘l isfel). Il-Ministru Gatt qal li meta kienu qed jiġu riveduti dawn it-tariffi, il-Gvern ra kif iqabbel l-ispejjeż marbuta mal-ħruġ ta’ passaporti biometriċi f’pajjiżi oħra Ewropej li applikaw sistema biometrika mill-aktar effettiva. Hu żied li l-Gvern ra wkoll kif se jaqsam iż-żieda ta’ din l-ispiża billi qed jieħu aktar min-nofs l-ispiża kapitali li hi meħtieġa għal kull passaport biometriku.
Il-Ministru Austin Gatt irringrazzja wkolllill-istaff ta’ l-Uffiċċju tal-Passaporti kif ukoll lis-sieħeb strateġiku f’dan il-proġett; il-kumpanija De La Rue, li ħadmu bla heda biex tidħol fis-seħħ din is-sistema. Hu fakkar kif il-kumpanija De La Rue għamlet investiment ġdid b’rabta ma’ dan il-proġett għall-ħruġ tal-passaporti biometriċi Maltin kif ukoll ta’ pajjiżi oħra.

TARIFFA TAL-PASSAPORTI

Servizz

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow